The doors of forgiveness

IL-BIBIEN TAL-MAĦFRA

Imam Laiq Ahmed Atif | Il-Leħen | Sunday 11 December 2022 | amjmalta@gmail.com

Il-bniedem mhux perfett u jagħmel żbalji f’ħajtu. Xi drabi, meta jiżdied il-piż tal-ħażen u tad-dnub, il-bniedem jaħseb li issa se jingħalqu għalih il-bibien kollha tal-maħfra. Bniedem bħal dan jaħseb li m’hemm l-ebda mod għall-fejqan spiritwali, u m’hemmx għażla għat-trasformazzjoni tiegħu.

Alla ddikjara b’leħen qawwi u ċar lil dawn in-nies li Sidhom huwa Ħanin u l-Aktar li Jaħfer. Il-Koran Imqaddes jitfa’ dawl b’mod komprensiv fuq dan is-suġġett u jiftaħ il-bibien wesgħin lejn it-trasformazzjoni spiritwali u l-fejqan tar-ruħ, permezz tal-indiema u t-tfittxija tal-maħfra.

Taqtax qalbek

Alla jgħid fil-Koran Imqaddes li, “Issirx bla tama mill-ħniena ta’ Alla; għax ħadd ma jitlef tama mill-ħniena ta’ Alla ħlief dak li ma jemminx.” (12:88)

Il-vers jistabbilixxi prinċipju perfett ta’ suċċess mhux biss f’materji spiritwali iżda wkoll fl-affarijiet tad-dinja wkoll biex qatt ma titlef it-tama, taqtax qalbek taħt kull ċirkostanza.

Tabilħaqq, l-għerq tal-biċċa l-kbira tal-fallimenti jinsab fit-telfa tat-tama; jew biex taqta’ qalbek. Min jaqta’ qalbu, min jitlef it-tama mis-suċċess qatt ma jista’ jilħaq l-għan tiegħu. Tabilħaqq, qatt ma jista’ jaġixxi kif suppost.

Għal kull marda hemm rimedju

Fl-isfera spiritwali n-nies li ma jemmnux fil-maħfra tad-dnubiet qatt ma jħossu l-ħeġġa li jagħmlu sforz sħiħ biex jegħlbuhom. Bl-istess mod, dawk li ma jemmnux li n-natura umana hija safja u nadifa u li l-bniedem ġie mogħni b’setgħa u fakultajiet kbar ma jippruvawx jiżviluppawhom sal-ogħla limitu tagħhom.

Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, għallem din il-lezzjoni suprema u qal li qatt ma għandkom iċċedu għad-disprament. Huwa qal: “Għal kull marda hemm rimedju, ħlief il-mewt.”

Id-dnub jew mard spiritwali

Tabilħaqq kull suċċess jinsab fit-tama u fl-azzjoni, mhux fil-ħolm vojt li ma jmurx lil hinn mill-ħolqien ta’ kastelli fl-arja. Sa fejn id-dnub jew mard spiritwali huwa konċernat għandu jiġi mfakkar li Alla huwa l-Ħanin u l-Aktar li Jaħfer. Alla jgħid fil-Koran Imqaddes:

“Għid, ‘O qaddejja Tiegħi li wettqu eċċessi kontra ruħhom stess! Taqtgħux qalbkom mill-ħniena ta’ Alla, żgur Alla jaħfer id-dnubiet kollha. Tassew Hu l-Aktar li Jaħfer, Ħanin’.” (39:54)

Qatt mhu tard wisq

Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, darba rrakkonta l-istorja ta’ persuna li qatlet 99 persuna u mbagħad ħass rimors. Huwa talab għall-aktar persuna infurmata u mar għandu. Meta staqsieh jekk kellux ċans għall-maħfra u s-salvazzjoni, ir-raġel l-ieħor esprima xokk, u qal li le m’għandux ċans għall-maħfra. Il-qattiel ħareġ is-sejf u qatel lil dan ir-raġel ukoll u issa n-numru ta’ qtil kien ta’ 100. Imbagħad fittex persuna oħra infurmata u qallu dwar persuna oħra. Meta mar għandu u staqsieh dwar il-possibbiltà tal-maħfra, qallu, “Ħalli l-belt ħażina fejn qed tgħix u mur f’belt tajba, u biex tkun man-nies twajba.” Il-qattiel iddeċieda li jagħmel dan iżda miet waqt li kien fi triqtu. Imbagħad, skont id-diskors, l-anġli tal-ħniena u l-kastig argumentaw fuqu. Eventwalment, Alla bagħat anġlu li għamel il-ġudizzju finali bil-kliem, “Araw ta’ liema miż-żewġt ibliet kien eqreb, u poġġuh man-nies tagħha.” Peress li kien eqreb lejn il-belt tan-nies tajbin, kien maħfur.

Il-bibien għall-maħfra

Din l-istorja għandha messaġġ ċarissmu li l-bibien għall-maħfra huma dejjem miftuħa beraħ sal-mewt tal-persuna, għal dawk li jridu jerġgħu lura għand il-Mulej tagħhom li huwa Ħanin u l-Aktar li Jaħfer.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.