Il-Ġlieda Kontra s-Solitudni

Il-bniedem huwa annimal soċjali u ma jħobbx u ma jistax jgħix waħdu fis-solitudni. Il-bniedem iħobb  jgħix fis-soċjetà mal-bnedmin l-oħra u għandu bżonn jinteraġixxi ma’ oħrajn kuljum, u l-bnedmin iħallu impatt fil-fond fuq il-ħajja ta’ xulxin. Il-bnedmin jitgħallmu mis-soċjetà u min-nies ta’ madwarhom.

Kważi l-ħassieba soċjoloġiċi kollha jaqblu li hemm relazzjoni mill-qrib ħafna bejn l-individwu u s-soċjetà. U dan jibqa’ l-fatt li mingħajr ambjent soċjali, kemm jekk hu d-dar tiegħu, il-komunità tiegħu jew l-istat tiegħu, l-ebda stabbiltà ma titressaq għall-istatus tiegħu ta’ individwu.

Għalhekk, ħafna jgħidu li l-individwu huwa prodott tas-soċjetà u oħrajn jgħidu li s-soċjetà hija l-prodott ta’ individwu u ieħor. Jgħidu x’jgħidu l-ħassieba, il-fatt huwa li hemm rabta soda bejn l-individwu u s-soċjetà, u ma tistax tifred wieħed mill-oħra.

Is-solitudni hija sitwazzjoni fejn wieħed anke jgħix fis-soċjetà imma minħabba xi ċirkustanzi ma jħossux parti mis-soċjetà, u jibda jħoss u jgħix fis-solitudni. Anke xi drabi l-individwu jipprova jagħmel parti mis-soċjetà imma jħoss li s-soċjetà ma tagħtix kasu, u jħossu mwarrab u inutli. Xi drabi jkunu ġo folla, imma xorta waħda jħossuhom waħidhom. Xi drabi jkunu f’xi party imma n-nies jitkellmu bejniethom u ħadd ma jinduna li hemm persuna li jixraqlu biex wieħed jitkellem miegħu. Hemm nies li ma jħossuhomx jappartjenu jew kumpatibbli f’ebda grupp ta’ nies. Jiddejqu kullimkien u jippreferu li jibqgħu magħluqin f’kamrithom jew f’darhom.

Il-Qaddis Profeta Muħammad kien jgħid: “Ja nies, sellmu lil kulħadd u għidu l-paċi tkun magħkom. Itimgħu lil ħaddieħor. Ftakru fid-dmirijiet tagħkom lejn qrabatkom.”

U fi tradizzjoni oħra huwa qal: “Meta tkunu tlieta flimkien, tnejn minnkom ma għandhomx jitkellmu bejniethom u jħallu t-tielet barra, għax dan isewwidlu qalbu, ħlief jekk jingħaqdu magħkom nies oħra.”

Dan ifisser li meta tkunu flimkien għandkom biex titkellmu mal-oħrajn u ma tħallu l-ebda persuna barra mid-diskussjoni tagħkom; għandkom tagħtu kas lil kulħadd. Għax kull bniedem jixraqlu l-imħabba u r-rispett.

Is-solitudni hija verament esperjenza kerha u ta’ wġigħ inspjegabbli. Għalhekk, huwa ferm importanti li s-soċjetà tifhem din it-tbatija u toffri r-rimedju. U kulħadd għandu jagħti sehmu fil-ġlieda kontra din il-problema.

L-ewwel nett, is-soċjetà għandha tfittex li jekk hemm xi ħadd li jbati mis-solitudni għandha l-ewwel tipprova tifhem it-tbatija tal-individwu. Dan biss jista’ jsir jekk nibqgħu soċjetà magħquda – soċjetà li tagħti kas lil kulħadd, soċjetà li tagħti valur lill-bniedem u mhux lill-flus. Għandna biex nibnu s-soċjetà ċċentrata fuq l-imħabba; u mhux soċjetà ċċentrata fuq il-flus, u flus biss.

It-tieni nett, il-bniedem li jħoss is-solitudni għandu biex jirrealizza li għandu biex jiġġieled sabiex jirbaħ din il-ġlieda, u hu m’għandux iċedi għal kollox jiġri x’jiġri. Għandu biex jiftaħ qalbu u jitkellem mal-professjonisti għal parir professjonali.

Huwa fatt li meta persuna tagħmel xogħol volontarju u tgħin lil dawk fil-bżonn, is-saħħa mentali u psikoloġika tagħha titjieb sa grad għoli. Għalhekk, dawk in-nies li jħossuhom waħidhom, għandhom biex joħorġu b’ħġarhom u jiltaqgħu man-nies, jagħmlu xogħol volontarju, jgħinu lil ħaddieħor u jżommu ruħhom biżlin.

Kif jgħidu bl-Ingliż ‘A problem shared is a problem halved’. Din tfisser li meta tkun f’diffikultà għandek titkellem ma’ xi ħadd li tafda għax dan jgħin ħafna. Meta persuna tiftaħ qalbha hi tħossha komda. U bħala bnedmin ta’ fidi min hu aħjar mill-Ħallieq tagħna biex nitkellmu Miegħu, u niftħu qalbna quddiemu. Għandna biex nitkellmu, nibku, nitolbu minn Alla. Jien ċert li t-talb jippermetti biex intaffu l-istress tagħna li mbagħad moħħna jeħles minn ħsibijiet negattivi.

Barra minn hekk, il-benesseri fiżiku ta’ ġisimna huwa wkoll fundamentali fil-ġlieda kontra s-solitudni. U l-aħjar mod kif nibqgħu f’kundizzjoni tajba huwa permezz ta’ ikel bnin u tajjeb u eżerċizzju fiżiku u mixja fil-kampanja. Matul dawn il-jiem meta għandna temp verament sabiħ, inħeġġeġ lil kulħadd biex imur jagħmel passiġġata.

Li tibqa’ pożittiv jgħinek tibqa’ għaddej fi żminijiet diffiċli. Ħsieb pożittiv ma jfissirx li inti żżomm rasek fir-ramel u tinjora sitwazzjonijiet inqas pjaċevoli tal-ħajja. Ħsieb pożittiv ifisser li inti tersaq lejn l-għawġ b’mod aktar pożittiv u produttiv. Taħseb li l-aħjar se jiġri, mhux l-agħar. M’għandekx tinħeba mill-problemi tiegħek, minflok tiffaċċjahom b’qawwa kollha u ssib soluzzjonijiet. Iġġieled sakemm tirbaħ din il-ġlieda kompletament.

It-Torċa, 9 ta’ Awwissu 2020, minn Imam Laiq Ahmed Atif – l-artikluIl-Ġlieda Kontra s-Solitudni

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta and tagged , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.