A tree is known by its fruit

Is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha!

“Huwa assolutament veru u fatt bla dubju u realtà kategorika li, mingħajr karattru sod u konvinċenti l-bnedmin huma bħal siġar bla ebda frott. Għax, is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha.”

Laiq Ahmed Atif | amjmalta@gmail.com | IT-TORCA 10 ta’ April 2022

Il-karattru tal-bnedmin u l-valuri morali li jipprattikaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum jagħmluhom bnedmin onesti, ġentili u rispettużi. Fil-ħajja tagħna, ikun hemm ħafna okkażjonijiet fejn niġu ttestjati, fejn il-karattru u l-personalità tagħna jgħaddu minn test, fejn ikun tassew żvelat x’karattru u personalità għolja tippossjedi persuna. Niltaqgħu ma’ bosta okkażjonijiet billi nuru karattru morali tajjeb fl-iskola, fuq il-post tax-xogħol, fis-suq, fit-triq u fid-dar eċċ.

Il-bnedmin u d-dell

Darba qrajt poeżija fejn il-poeta ddiskuta dan is-suġġett b’mod komprensiv ħafna u l-poeta għamel paragun bejn il-bnedmin u d-dell tagħhom. Huwa qal li, hija kwistjoni ta’ karattru, inkella anke d-dell tal-bniedem huwa ikbar fil-kobor; id-dell huwa ogħla mill-bniedem innifsu.

Il-poeta jispjega li dak li jidher akbar fid-daqs u fid-dimensjoni ma jfissirx bilfors li huwa aħjar, japprezza aktar, u li huwa mixtieq u jiswa li jakkwista, imma essenzjalment huwa l-karattru nobbli ta’ bniedem li jista’ ma jkunx jidher ikbar b’għajnejn tal-bnedmin imma fir-realtà dak huwa l-aktar assi siewi u ġid li wieħed għandu jaħdem għalih.

Il-frott tal-bniedem

Huwa assolutament veru u fatt bla dubju u realtà kategorika li, mingħajr karattru sod u konvinċenti l-bnedmin huma bħal siġar bla ebda frott. Għax, is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha.

X’inhu l-frott tal-bniedem?

Il-frott tal-bniedem huwa l-karattru u l-għemejjel tiegħu. Jekk il-karattru ta’ persuna jkun għoli, l-għemejjel tiegħu jkunu tajbin u virtużi, allura żgur li dik il-persuna tkun ta’ valur u ta’ tifħir. Il-bnedmin ta’ madwaru żgur se jippruvaw jiksbu unur minn dan il-bniedem, se jħossuhom kuntenti li jqattgħu ħin miegħu, il-ħbiberija tiegħu tkun sors ta’ paċi, sliem u sodisfazzjon għalihom. Madankollu, jekk persuna għandha karattru mhux xieraq u twettaq atti ħżiena allura ħadd ma jkun irid ikun ħabib tagħha.

Alla Omnipotenti jiddeskrivi fil-Koran Imqaddes, kapitlu 25, il-bnedmin virtużi, ġenwini u veri u jgħid:

Il-qaddejja ta’ Alla tal-Ħniena huma dawk li jimxu fl-art b’mod dinjituż, u meta l-injoranti jindirizzawhom, huma jgħidu: “Paċi u Sliem.” Dawk li jqattgħu l-iljieli tagħhom fit-talb quddiem Sidhom, fuq irkopptejhom u bilwieqfa. Dawk li ma jagħtux xhieda falza, u meta jgħaddu minn xi ħaġa bla valur u mhux xieraq, jgħaddu b’dinjità. U dawk li jgħidu “O Mulej tagħna, agħmel li n-nisa tagħna u wliedna jkunu l-għaxqa ta’ għajnejna, u agħmilna mudell xieraq għall-ġusti.”

L-għarfien u l-valuri

Hawnhekk, nixtieq ngħid b’mod metaforiku li jekk aħna rridu li jkollna siġar sodi li jagħtu frott bnin u mill-aqwa, allura huwa importanti li ngħallmu lit-tfal tagħna manjieri u valuri umani imma mhux bażiċi biss iżda fid-dettall u b’mod profond. Għandna biex nippromwovu edukazzjoni li għandha bażi tassew wiesgħa.

Jekk l-għarfien tad-dinja għandu pedament sod u jitlaqqam f’għarfien reliġjuż, allura dan jieħu sura tas-siġra safja, siġra siewja u prezzjuża, u b’dan il-mod is-safa se tikber fis-soċjetajiet tagħna. Mill-bidu nett, it-tfal għandhom jiġu mħeġġa jespandu l-għarfien ġenerali, sekulari u reliġjuż tagħhom u għandha tingħata attenzjoni speċjali lil din il-kwistjoni.

L-għarfien tat-tfal jitwessa’ biss jekk il-ġenituri jieħdu interess u jagħtu kas lil dan is-suġġett importanti. Nistgħu nħawlu siġar futuri sodi li jistgħu jagħtu frott mill-aqwa billi nikkultivaw l-aqwa valuri morali, u billi nipprovdu lil uliedna l-aqwa għarfien kemm reliġjuż kif ukoll sekulari. Din il-ħolma li jkollna siġar mimlijin frott ħelu ssir realtà biss meta nippruvaw nagħmlu lil uliedna bnedmin veri u ġentili.

Tmexxi bl-eżempji

Barra minn hekk, huwa importanti li l-ġenituri jmexxu bl-eżempji u jsiru mudell reali għal uliedhom. Ir-riċerki differenti sabu li t-tfal bl-aħjar karattru, partikolarment f’termini ta’ kompetenza soċjali, għandhom ġenituri bi stil ta’ trobbija moderat u eżemplari; u dejjem jipprovaw li jmexxu bl-eżempji personali tagħhom.

Tfal b’ħajja tal-familja disturbata u mnikkta huma aktar probabbli li jinvolvu ruħhom f’reati u drogi u m’għandhomx il-kapaċitajiet li jikkompetu u jikkontribwixxu b’mod pożittiv fis-soċjetà.

Il-frott tal-ġenituri

Il-frott tal-ġenituri huma t-tfal tagħhom. Għalhekk, il-ġenituri għandhom irabbu lil uliedhom b’mod tajjeb u eżemplari, iridu jagħtu eżempji pożittivi u l-aħjar li jistgħu, sabiex il-frott tagħhom ikun mill-aqwa u huma jiġu rikonoxxuti bħala l-aqwa ġenituri. Bla dubju, is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha!

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.