L-OMM – International Women’s Day

L-Orizzont: It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011:
LAIQ AHMED ATIF President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta

Kull sena fit-8 ta’ Marzu niċċelebraw “Jum Internazzjonali tan-nisa” u f’Mejju niċċelebraw “Jum l-omm”. Dawn ijiem huma importanti ħafna għax jfakkruna dwar l-importanza u d-dinjità tal-mara fis-soċjetà.

Nemmen li n-nisa jistħoqilhom rispett kbir, għax il-mara hija l-omm, il-mara hija l-bint, il-mara hija l-oħt kif ukoll mart ir-raġel. Kull relazzjoni hija tant sabiħa u ta’ rispett kbir. Illum irrid nikteb xi ħaġa dwar mara bħala l-omm.

L-omm hija l-iktar persuna importanti fil-familja. L-omm hija barka kbira minn Alla, li jista’ kollox. L-omm hija bniedma tajba, sabiħa, sinċiera u l-aħjar fost in-nisa. Meta ngħinu lil ommijietna nistgħu nġibu l-imħabba ta’ Alla tagħna. Kulħadd jista’ jikseb il-ferħ ta’ Alla u l-Ġenna Tiegħu billi jirrispetta lil ommu.

Meta nħarsu dwar ir-reliġjonijiet u s-soċjetajiet ċivili, nindunaw li kull wieħed minnhom ta importanza kbira għar-rispett lejn l-omm. Alla jgħid fil-Koran Imqaddes:

“L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal-ġenituri tiegħu, ommu ġarritu bi tbatija, u wellditu bi tbatija; jinġarr (fi ħdan ommu) u jinfatam fi żmien tletin xahar.” (46:16)

Il-Bibbja Mqaddsa tgħallem: “Weġġaħ ‘il missierek u ‘l ommok, bħalma l-Mulej, Alla tiegħek, ordnalek; sabiex tgħix ħajja twila, u jkollok ir-riżq fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik.” (Id-Dewteronomju: 5:16)

“Weġġaħ ‘il missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” (San Mattew: 19:19)

Wara dan it-tagħlim ċar tar-reliġjonijiet hija importanti li nuru rispett kbir lill-ommijietna. Darba waħda f’kull sena jiġi jum l-omm biex ifakkarna li dan hu d-dmir tagħna li nħobbu u nuru unur kbir lejn ommijietna.

Darba waħda qrajt l-istorja ta’ xi ħadd li kien raġel tajjeb, famuż u ta’ għerf kbir, taż-żmien tiegħu. L-istorja tiegħu kienet impressjonabbli ħafna. Kien dejjem iħobb u jgħin ħafna lil ommu, li kienet xiħa.

Lejla waħda ommu qaltlu għal ftit ilma. Meta ra li ma sabx ilma fid-dar, lanqas ftit, ħa l-bomblu u mar barra biex ifittex l-ilma. Wara nofs siegħa, meta wasal lura d-dar bl-ilma sab li ommu kienet rieqda. Qal bejnu u bejn ruħu, “X’nagħmel issa? Jekk norqod u ommi titlobni l-ilma u jien nibqa’ rieqed u ma nqumx biex nagħtiha l-ilma, dak ma jkunx tajjeb għax għandha ħafna għatx”. Ħaseb u ddeċieda li ma jorqodx u joqgħod bil-wieqfa ħdejn is-sodda tagħha. Hekk għamel u qagħad wieqaf tul il-lejl kollu bl-ilma ħdejha.

Meta sebaħ u qamet qaltlu: “Għaliex inti bil-wieqfa ħdejn is-sodda tiegħi?”

Hu qal l-istorja kollha lil ommu li meta riedet l-ilma ma sabx fid-dar. Qalilha: “Għalhekk mort barra biex inġiblek l-ilma u meta wasalt lura d-dar sibtek rieqda. Imlejt tazza bl-ilma u qgħadt nistenniek tqum biex nagħtik x’tixrob. U għalhekk bqajt bil-wieqfa l-lejl kollu.” Meta semgħet l-istorja kollha kienet ferħana ħafna bl-għemil tiegħi u bdiet titlob lil Alla, għall-barka Tiegħu, fuqi.

Dan hu eżempju tajjeb u impressjonabbli għalina. U jekk aħna rridu li l-ommijiet tagħna jkunu ferħanin magħna, kif ukoll Alla tagħna, li jista’ kollox, allura huwa importanti li nħobbu, ngħinu u nirrispettaw ommijietna mill-qalb tul il-ħajja tagħna. Nitlob lil Alla għall-barka Tiegħu fuq l-ommijiet kollha tagħna. Ja Alla berkilna ommijietna. Amen

Omm!… xi ħlewwa, xi tjieba ta’ isem!
Omm, il-kelma tal-faraġ fil-hemm,
Omm, il-kelma tal-ħniena fil-ħtija,
Omm, il-kelma li trażżan id-demm.  (Minn “Waħdi” ta’ Dun Karm Psaila)
http://www.l-orizzont.com/ It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in www.ahmadija.org.mt. Bookmark the permalink.

One Response to L-OMM – International Women’s Day

  1. Pingback: Ahmadiyya Congratulates International Women’s Day | Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s