Islam a Fresh Perspective:Spreading the message of loyalty, freedom, respect, equality and peace

Imħabba għal Kulħadd Mibegħda għal Ħadd 

Il-Komunità Aħmadija Musulmana, temmen fil-Messija u l-Maħdi mwiegħed ta’ dan iż-żmien. Aħna, bħala komunità mnissla mill-Messija nnifsu, nemmnu fil-lealtà, fil-ħelsien, fir-rispett, l-ugwaljanza u l-paċi bla ebda kundizzjoni. Nikkundannaw kategorikament kull forma ta’ terroriżmu u azzjonijiet oħra ta’ terroriżmu li jmorru kontra l-għan tal-komunità.

Il-Koran Imqaddes jisħaq li “min joqtol bniedem, ikun bħallikieku qatel il-bnedmin kollha”. Id-dinjità tal-bniedem, għalina hija missjoni li għaliha ngħixu kuljum sabiex insaħħu. L-emmna tagħna ma tistrieħx biss fuq dan it-tagħlim sabiħ, iżda nfittxu l-okkażjoni li ngħixuh fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Għal din ir-raġuni, il-komunità f’Malta qiegħda xxerred dan il-messaġġ ta’ imħabba u paċi lil kulħadd; hu min hu, hi min hi.

Is-simpatija għall-umanità hija parti integrali tal-fidi tagħna. Għalhekk, il-komunità Aħmadija dejjem iżżomm ħaj it-tifsir veru tal-umanità billi tippromwovi l-motto tagħha: Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd. Dan huwa l-prinċipju li għalih il-komunità taħdem sabiex twessa’ l-messaġġ li l-Messija Mwiegħed ta lill-umanità.

Għal iktar informazzjoni: www.ahmadija.org.mt  ;  Call: +356-79320139

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in www.ahmadija.org.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.