The True Purpose of our Life

L-Għan Nobbli tal-Ħajja

Imam Laiq Ahmed Atif  | amjmalta@gmail.com  | Il-Leħen | 19/06/2022

Huwa fatt komuni ħafna li ħadd ma jista’ jiċħdu li kull ħaġa u kull ħlejqa għandhom skop u għan partikulari għall-eżistenza tagħhom. Pereżempju, l-invenzjoni u l-ħolqien tal-kompjuter, mowbajl, karozza eċċ. għandhom l-iskop tal-ħolqien tagħhom. Allura, meta kull ħaġa dinjija u materjalistika, anki jekk hija l-iżgħar ħaġa, għandha l-iskop tagħha, allura ma jistax ikun li m’hemmx l-iskop tal-ħolqien tal-bniedem. Allura l-mistoqsija hija, x’inhu l-għan tal-bnedmin – li huma l-aħjar tal-ħolqien – tal-aqwa Kreatur u Disinjatur?

It-tliet għanijiet tal-ħajja

Fil-qosor, skont it-tagħlim Iżlamiku, hemm tliet għanijiet prinċipali tal-mezzi u l-fakultajiet interni u esterni li ngħataw lill-bniedem li huma (i) l-fehim ta’ Alla, (ii) il-qima Tiegħu u (iii) l-imħabba Tiegħu.

Hawnhekk, irrid nagħmilha ċara li l-imħabba ta’ Alla tinkludi wkoll l-imħabba tal-umanità, għax ma jistax ikun li wieħed iħobb lil Alla u ma jħobbx il-kreazzjoni Tiegħu.

Żewġ imħabbiet

Dawn iż-żewġ imħabbiet jimxu b’mod parallel ma’ xulxin, u n-nuqqas ta’ xi waħda minn dawn l-imħabbiet hija kontra l-filosofija vera tal-għanijiet ewlenin tal-eżistenza umana. Allura, wieħed ma jistax jifred bejniethom.

Għalhekk, minkejja li l-bniedem ikollu l-lussu fil-ħajja, ikollu rikkezzi kbar, ikollu pożizzjoni għolja, ikun negozjant kbir, u anke jekk ikun jirrenja f’saltna enormi, u jkun magħruf bħala filosfu kbir, qatt ma jkun sodisfatt u fl-aħħar huwa jħalli dawn l-impenji kollha b’sogħba kbira. It-tluq tiegħu minn din id-dinja qatt ma jkun ta’ ferħ u ta’ sodisfazzjon. Qalbu l-ħin kollu ċċanfru fuq il-preokkupazzjoni assoluta tiegħu fuq il-ħwejjeġ tad-dinja u l-kuxjenza tiegħu qatt ma tapprova l-ħażen u l-qerq u l-attivitajiet illeċiti tiegħu.

Il-biża’ mill-mewt

Imma jekk il-bniedem veru dejjem jiffoka fuq l-għan tal-eżistenza tiegħu, kif ktibt hawn fuq, jiġifieri, il-fehim, il-qima u l-imħabba tal-Mulej u l-kreazzjoni Tiegħu, huwa dejjem iħossu ferħan u sodisfatt u qatt ma jibża’ biex jitlaq minn din id-dinja.

Dan ifakkarni fil-mewt tal-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, li hu qatt ma beża’ mill-mewt tiegħu. Meta wasal iż-żmien tal-mewt, u meta ruħu kellha titlaq, kien qed jgħid: “Lill- Ħabib tiegħi l-Ogħla tal-Għoli—lill-Ħabib tiegħi l-Ogħla tal-Għoli,” jiġifieri evidenti li kien miexi lejn Alla b’serenità sħiħa.

Il-ftuħ ta’ tieqa tal-qalb

Din is-serenità ma tiġix awtomatikament u għal xejn, imma tiġi meta l-bniedem jagħraf l-għan nobbli tal-ħajja tiegħu u dejjem jipprova biex jilħaq dan l-għan. Għalhekk, meta nħaffru fil-fond u nippruvaw niskopru l-iskop reali tal-ħajja umana f’din id-dinja, qalbna u ruħna jitkellmu b’mod ċar li, li l-ogħla lħiq tal-fakultajiet tal-bniedem huwa li jiltaqa’ ma’ Alla, il-Ħanin. B’hekk l-għan prinċipali ta’ ħajtu huwa li t-tieqa ta’ qalbu tinfetaħ għal Alla.

X’pjaċir hemm fil-ħajja jekk…

Nixtieq nikkonkludi b’xi siltiet mill-poeżja tal-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, fejn hu jispjega b’mod tajjeb ħafna għaliex huwa importanti li nħobbu lil Alla, u kif se tkun il-ħajja mingħajr Alla.

X’pjaċir hemm fil-ħajja jekk Hu ma jinstabx

Ħajja bħal din hi misħuta jekk tkun ’il bogħod Minnu

L-għan kollu huwa li tara Wiċċu mill-isbaħ

Din hija l-Ġenna – li jinstab il-Maħbub familjari.

Hu jipprovdi għal kulħadd, il-Grazzja Tiegħu hija manifesta,

Fih biss tinsab il-faraġ tagħna; Hu waħdu hu għażiż għalina.

Mingħajru ma nistgħux ngħixu, il-bqija kollox hu invalidu,

Imbierek dan il-jum, Qaddis hu Dak li jżommni fil-ħarsa tiegħu.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam and tagged . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.