TAF? L-IŻLAM…
- Huwa l-aħħar reliġjon mingħand Alla għall-bnedmin kollha. Huwa reliġjon komprensiva, ibbilanċjata, perfetta, kompleta u universali. Sawwar stil ta’ għajxien u ta direzzjoni f’kull qasam tal-ħajja umana.
- Huwa reliġjon naturali, faċli u sempliċi u jindirizza l-bżonnijiet umani kollha. Jippromwovi l-ugwaljanza fost il-bnedmin kollha.
- Jenfasizza r-rispett lejn il-fundaturi tar-reliġjonijiet kollha. Isostni li l-qlub isibu s-sodisfazzjon, is-sliem u s-serħan fit-tifkira ta’ Alla.
- Huwa reliġjon paċifika, huwa mnissel mill-kelma Għarbija ‘salema’ li tfisser paċi u ubbidjenza. Huwa reliġjon tan-natura u li tissapportja l-libertà tal-kuxjenza u l-fidi, u jemmen li ma għandux ikun hemm sfurzar fir-reliġjon.
- Juri r-rispett lejn ir-reliġjonijiet kollha bħall-Kristjaneżmu, il-Ġudaiżmu, il-Buddiżmu u l-Ħinduiżmu. Jippromwovi d-djalogu bejn is-segwaċi tat-twemminiet differenti fid-dinja. Jgħallem li l-postijiet tal-qima tar-reliġjonijiet kollha għandhom jiġu rispettati.
- Jikkundanna kull qtil u vjolenza u jgħid li “min joqtol bniedem… ikun bħallikieku qatel il-bnedmin kollha”. Jgħożż il-ħajja tal-bnedmin u jgħid li “min isalva l-ħajja (ta’ xi ħadd), ikun bħallikieku salva lill-bnedmin kollha”.
- Jgħallem ir-rispett lejn in-nisa, it-tfal u x-xjuħ, u jissalvagwardja d-drittijiet tas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà.
- Jispjega t-tagħlim kollu tiegħu fil-Koran Imqaddes li huwa l-Ktieb Sagru għall-Musulmani kollha, li ġie rivelat minn Alla fuq il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih.
- Jemmen li l-Koran Imqaddes hu senduq mimli teżori għall-benefiċċju tal-umanità kollha.
- Jgħallem l-imħabba u l-ubbidjenza lejn Alla, u l-imħabba lejn il-proxxmu, u biex inġibu ruħna b’qalb ħanina ma’ ħutna u sħabna. Jgħallem ir-rispett u l-imħabba, għalhekk il-Komunità Ahmadiyya Musulmana għażlet motto li, ‘Imħabba għal Kulħadd – Mibegħda għal Ħadd’. Aqra Iktar f’ Id-Dawl