It-Terroriżmu – Terrorism?

Terrorism? Fost l-akbar sfidi li qed naffaċċjaw illum insibu l-estremiżmu u t-terroriżmu, li jinsabu madwar id-dinja kollha u jidhru f’forom varji. Meta niddiskutu s-suġġett tat-terroriżmu jew l-estremiżmu, insibu nies li jaħsbu li r-reliġjon minnha nnifisha tikkawża l-vjolenza u l-aggressjoni. Jien nemmen li r-reliġjon qatt ma tippermetti vjolenza u dejjem topponiha f’kull ċirkostanza.

L-Iżlam ukoll jopponi t-terroriżmu f’kull forma għaliex il-kelma ‘Iżlam’ tfisser litteralment ‘paċi u sliem’. Id-dmir ta’ kull Musulman li jżomm il-paċi għandu tant għeruq fil-fond fl-Iżlam li l-Koran Imqaddes jiddeskrivi l-Musulmani tassew hekk:

“Il-qaddejja ta’ Alla tal-Ħniena huma dawk li jimxu fl-art b’mod dinjituż, u meta l-injuranti jindirizzawhom, huma jgħidu ‘paċi’.” (25:64)

Ir-raba’ Kalif tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, Ħażrat Mirża Taħir Aħmadrh, jispjega l-mod kif l-Iżlam iħares lejn it-terroriżmu bl-iktar mod ċar. Hu qal:

“L-Iżlam kategorikament jiċħad u jikkundanna kull forma ta’ terroriżmu. Ma tipproteġix u ma tiġġustifikax kwalunkwe att vjolenti, kemm jekk isir minn xi individwu kif ukoll minn xi grupp jew gvern… L-Iżlam huwa t-twemmin u r-reliġjon tiegħi; u l-Iżlam ma jippermetti l-ebda forma ta’ diżordni. Għaldaqstant huwa impossibbli li l-Iżlam jgħallem it-terroriżmu…

Jien nikkundanna bil-qawwa kollha kull att u kull forma ta’ terroriżmu għaliex hu t-twemmin tiegħi profond li mhux biss l-Iżlam iżda wkoll l-ebda reliġjon vera, hu x’inhu l-isem tagħha, ma tista’ tapprova l-vjolenza u t-tixrid tad-demm ta’ rġiel, nisa u tfal innoċenti f’Isem Alla.

Alla huwa mħabba, Alla huwa sliem! L-Imħabba qatt ma tnissel il-mibegħda u l-paċi qatt ma twassal għall-gwerra!” CONTINUE READING

(Qtil fl-Isem ta’ Alla, p.116-120)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, Tolerance, www.Ahmadiyya.mt and tagged . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.