ALLA
Il-kunċett ta’ Alla dejjem kien tema importanti. Nies ta’ kull età kienu u għadhom ħerqana biex ikunu jafu jekk verament hemmx Alla.
L-Iżlam jippreżenta Alla ħaj, li Jikkomunika mal-qaddejja Tiegħu bħalma Għamel fl-imgħoddi. Huwa li hu Etern, Kollu Setgħani, Jaf Kollox u l-Ħallieq tal-ħwejjeġ kollha. Huwa li Jikkastiga l-midinbin, iżda wkoll li jaħfrilhom fejn ikun għaqli li jaħfer.
Alla huwa l-Esseri li Hu ħieles mid-difetti kollha u li Jippossiedi l-kwalitajiet perfetti. Alla huwa l-isem ta’ dak l-Esseri li jġorr l-attributi kollha. Alla huwa l-isem personali ta’ Alla u huwa biss l-Iżlam li ta dan l-isem; l-ebda reliġjon oħra jew Xarija ma tuża dan l-isem.
IL-ĠENNA TAGĦNA
Il-Messija Mwiegħedas jgħid:
“Il-ġenna tagħna tinsab f’Alla tagħna. L-aqwa għaxqa tagħna tinsab f’Alla tagħna għaliex aħna rajnieH u sibna l-ġmiel kollu fiH. Din ir-rikkezza hi vallapena li tiġi akkwistata għalkemm wieħed jista’ jitlef ħajtu biex jiksibha. Din il-ġawhra hi vallapena li tinxtara għalkemm wieħed jista’ jintilef biex jiksibha.
Inti, li int abbandunat! Iġri lejn din il-funtana u tara kif tissodisfak. Hija l-funtana tal-ħajja li tista’ ssalvak. X’se nagħmel, u kif se nimpressjona l-qlub b’din l-aħbar tajba, u liema tanbur se ndoqq biex nagħti l-bxara li dan huwa Alla tagħna, ħalli n-nies ikunu jistgħu jisimgħu? Liema kura se napplika għal widnejn in-nies ħalli dawn ikunu jistgħu jisimgħu?” (Kashti Nuh, Ruhani Khazain, vol.19, p.21-22)