ALLA TASSEW JEŻISTI
Il-prinċipju fundamentali tar-reliġjon tal-Iżlam hija l-eżistenza ta’ Alla Omnipotenti u l-Unità Tiegħu.
Darba, filosfu ltaqa’ ma’ Bedwin Għarbi. Il-filosfu staqsieh: Inti temmen f’Alla? Il-Bedwin wieġbu: Iva jiena nemmen f’Alla. Il-filosfu staqsieh: Xi prova għandek tal-eżistenza ta’ Alla? It-tweġiba tal-Bedwin kienet sempliċi ħafna iżda mimlija bl-għerf. Ir-risposta tiegħu tant kienet importanti li titfa’ dawl biżżejjed b’mod komprensiv fuq is-suġġett tal-eżistenza ta’ Alla. Il-Bedwin wieġeb:
Meta xi ħadd li jkun għaddej mid-deżert jilmaħ il-ħmieġ tal-ġemel, huwa jikkonkludi li ġemel ikun għadda minn hemm; jekk jara l-marka ta’ sieq ta’ raġel fir-ramel tad-deżert, huwa jiddeduċi li xi vjaġġatur ikun għadda minn din it-triq. Issa, meta nħarsu lejn din id-dinja, bil-marki wiesgħa kollha tagħha, u din is-sema, bix-xemx tagħha, u l-qamar u l-kwiekeb, ma jġagħluniex naħsbu li bilfors kellhom bżonn Ħallieq?
Kemm huwa kliem profond, razzjonali u għaqli dak ta’ Bedwin Għarbi illitterat. Bla dubju ta’ xejn, kollox f’din id-dinja huwa prova definita tal-eżistenza ta’ xi Ħallieq – Alla tagħna – li ħalaqha.
Sempliċi pinna jew karta ma jistgħux jeżistu mingħajr disinjatur jew kreatur. Mela, kif inhu possibbli li l-univers sħiħ li huwa tant organizzat, u li huwa kapulavur ta’ perfezzjoni u glorja, beda jeżisti mingħajr disinjatur jew kreatur?