Marija fil-Koran Imqaddes

MARIJA (AS) FIL-KORAN IMQADDES

Kitba: Imam Laiq Ahmed Atif

Il-Koran Imqaddes irriserva unur kbir u rispett lejn Marija, sat-tali punt kruċjali li Alla ddedikalha kapitlu sħiħ fil-Koran Imqaddes bit-titlu Sura Maryam. ‘Maryam’ huwa l-verżjoni Għarbija tal-isem ‘Marija’. L-Omm Imqaddsa hija msemmija 34 darba, f’kapitli differenti tal-Koran Imqaddes. Il-Koran Imqaddes jgħid:

U ftakar meta l-anġli qalu: “Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa kollha taż-żmien.” (Il-Koran – 3:43)

Ommu (omm Ġesù) kienet mara ġusta u sewwa. (Il-Koran – 5:76)

MUDELL EŻEMPLARI

Barra minn hekk, il-Koran Imqaddes tant jagħti rikonoxximent kbir lil Marijaas li jippreżenta żewġ eżempji ta’ mudelli eżemplari lill-kredenti Musulmani, kemm irġiel kif ukoll nisa. Dawn huma l-mara tal-Faragħuni u l-omm Marijaas – omm Ġesùas. Il-Koran Imqaddes jistqarr:

“Lil dawk li jemmnu Alla jġib l-eżempju ta’ mart il-Faragħun, meta qalet: ‘Sidi (Alla)! Ibnili għandek dar fil-Ġenna; u eħlisni mill-Faragħun u minn għemilu, u eħlisni min-nies il-ħżiena.’

U l-eżempju ta’ Marija, bint Għimran, li ħarset is-safa ta’ ġisimha, u Aħna nfaħna minn Ruħna fiha, u hija emmnet fi Kliem Sidha u fil-Kotba Tiegħu, u kienet mill-obbidjenti.” (Il-Koran – 66:12-13)

Marijaas, omm Ġesùas, tirrappreżenta l-qaddejja u l-fidili onesti kollha ta’ Alla, li tbiegħdu kompletament mid-dnub, u billi għamlu paċi ma’ Alla, huma mbierka bl-ispirazzjoni Divina.

‘Maryam’ jew Marija huwa isem komuni ħafna qalb il-Musulmani u minħabba l-mogħdrija u sens ta’ ġustizzja tagħha ħafna ġenituri jħobbu jsemmu lill-bniet tagħhom b’dan l-isem; saħansitra l-iskejjel u l-moskej jissemmew ukoll b’dan l-isem ta’ ‘Maryam’.

Il-Qdusija Tiegħu, Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, il-Mexxej Dinji tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, enfasizza l-pożizzjoni glorifikata ta’ Ommna Marijaas fl-indirizz ewlieni tiegħu fis-26 ta’ Settembru 2014 f’festin speċjali biex jinawgura l-Moskea Maryam (il-Moskea ta’ Marija) f’Galway, l-Irlanda.

“Din il-moskea hawn fl-Irlanda nbniet ukoll għall-istess raġuni [biex tkattar il-paċi u l-ġustizzja vera f’kull livell tas-soċjetà]. Ġiet imsejħa ‘Masjid Maryam’. Maryam, jew Marija kif inhi magħrufa magħkom, hija meqjuma ħafna mill-Musulmani bħalma hi mill-Insara. 

Fil-fatt, fil-Koran Imqaddes, Alla semma lil Marijaas f’ħafna okkażjonijiet u enfasizza l-pożizzjoni rispettata tagħha. Marijaas kien l-isem ta’ dik il-mara safja u twajba li hi tant onorata fl-Iżlam li l-Koran qal li kull min jemmen tassew hu bħal Marijaas

Dan minħabba l-fatt li Marijaas kellha relazzjoni speċjali ħafna ma’ Alla u żammet il-virtù u l-kastità tagħha l-ħin kollu. Hija żviluppat rabta speċjali ta’ mħabba ma’ Alla, fejn Alla tħaddet direttament magħha u Hu Stess afferma s-sinċerità tagħha. Marijaas kienet temmen fil-Kotba ta’ Alla, kienet ġusta u kisbet post speċjali fejn għandha x’taqsam l-ubbidjenza tagħha m’Alla. Hija kienet ċertament mudell għal dawk kollha li jemmnu.

Il-pożizzjoni għolja tagħha hi riflessa mill-fatt li l-Koran jgħid li l-Musulmani ġenwini jridu jiżviluppaw il-kwalitajiet ta’ Marijaas, u jekk jagħmlu dan mela huma jkunu dawk li qatt ma jikkawżaw dannu jew sofferenzi lil ħaddieħor. Kull Musulman Ahmadi  għalhekk ifittex li jkollu ġo fih is-safa, in-nobbiltà u l-qdusija ta’ Marijaas nnifisha.” (ROR, Diċembru 2014)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, Hazrat Maryam, Jesus, Mary, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.