Island and Democracy

L-IŻLAM U D-DEMOKRAZIJA

Fis-26 ta’ Marzu 2022 il-poplu Malti se jivvota fl-elezzjoni ġenerali. Dan huwa eżerċizzju demokratiku fejn il-poplu jiddeċiedi min se jkun qed imexxih fil-mandat ta’ ħames snin li ġejjin.

L-Iżlam jagħti lin-nies għażla ħielsa biex jadottaw kwalunkwe sistema ta’ gvern li tixraqilhom. Madankollu, il-Koran Imqaddes jippreżenta żewġ prinċipji ta’ governanza: (i) ġustizzja assoluta, u (ii) il-konsultazzjoni reċiproka.

“Alla jamarkom biex tafdaw ir-responsabbiltà tat-tmexxija f’idejn dawk li huma denji tagħha, u dawk minnkom li ssiru mexxejja, għandhom jirrenjaw b’mod ġust; Alla jwiddibkom b’dak li huwa eċċellenti, tassew Huwa Jisma’ Kollox, Jara Kollox.” (4:59)

“Dawk li jisimgħu lil Sidhom, u josservaw it-talb, u li l-affarijiet tagħhom jiġu deċiżi b’konsultazzjoni reċiproka.” (42:39)

Sakemm jiġu implimentati dawn iż-żewġ prinċipji ta’ ġustizzja assoluta u konsultazzjoni reċiproka—bħalma għamel il-Qaddis Profeta Muħammadsa f’Medina—l-Iżlam jagħti lin-nies is-setgħa li jiżviluppaw il-forma ta’ gvern li jagħżlu huma.

Ta’ min jinnota li minħabba r-rekwiżiti tal-Iżlam ta’ ġustizzja assoluta u konsultazzjoni reċiproka, bħala definizzjoni l-Iżlam jippreferi sistema demokratika ta’ gvern fejn il-pubbliku jingħata l-għażla li juża d-dritt tal-vot tiegħu biex jagħżel il-mexxejja tiegħu. Il-Qaddis Profeta Muħammadsa ta prinċipju tad-deheb li għandu jkun prinċipju ta’ gwida għal kull mexxej pubbliku biex jaqdi dmirijietu. Hu qal: “Il-​mexxej taʼ pajjiż huwa l-​qaddej taʼ dak in-​nazzjon.”

Il-mexxej il-veru tan-nies huwa dak li dejjem lest biex iservihom. Nemmen li kull mexxej li  verament jaħseb li hu l-mexxej tal-poplu tiegħu, huwa importanti li dejjem ikun lest biex iservi l-poplu tiegħu, u dejjem jaħdem għall-interessi komuni u qatt ma jaħseb għall-interess personali u tal-qraba tiegħu meta jieħu d-deċiżjonijiet.

Kull persuna u kull mexxej li jmexxi n-nies, il-pajjiż, il-familja, eċċ., se jwieġeb quddiem Alla dwar dak kollu li għamel fil-ħajja tiegħu bħala l-mexxej jew ir-ragħaj. Il-mexxej tal-pajjiż li għandu r-responsabbiltajiet għandu jwieġeb quddiem Alla f’Jum il-Ħaqq. Il-mexxejja għandhom irwol importanti u responsabbiltà kbira fuq spallejhom, għalhekk, għandhom biex dejjem jaqdu dmirijiethom bl-aħjar mod possibbli u għandhom jonoraw l-għażla u l-fiduċja tan-nies. Għall iktar informazzjoni

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.