Serving humanity

Servizz għall-umanità

Illum ħafna problemi jdawru l-umanità, bħal dawk ekonomiċi, soċjali, fiżiċi u sentimentali, flimkien ma’ diżastri naturali jew ikkawżati u l-bqija. Il-faqar jiżdied kuljum madwar id-dinja. L-oġġettiv tas-servizz għall-umanità u t-tixrid tat-tbissim fuq uċuh in-nies hu importanti wisq.


Meta nistudjaw ir-reliġjonijiet kbar tad-dinja nsibu żewġ punti komuni ħafna fit-tagħlim tagħhom: l-imħabba u l-qima lil Alla u s-servizz għall-umanità. Is-servizz għall-umanità hu l-iktar kwalità importanti ta’ reliġjon.


Dik ir-reliġjon mhix reliġjon vera jekk m’għandhiex is-simpatija, bħalma lanqas dak ir-raġel ma jistħoqqlu jitqies bi bniedem jekk m’għandux is-simpatija u l-imħabba fih innifsu.


Il-kwalitajiet fundamentali li aħna nakkwistaw bilfors biex inservu l-umanità u niżviluppaw il-passjoni biex nagħtu għajnuna lill-bnedmin huma l-imħabba għall-umanità, il-ħniena u t-tjieba f’qalbna għall-oħrajn, id-dispożizzjoni tal-karità, l-umilità, l-onestà, is-sempliċità fil-ħajja, l-għatx tal-għerf u meta hemm bżonn ix-xewqa kbira biex naqsmu mal-oħrajn, u xewqa sħiħa biex tħabrikna għall-kawża ta’ Alla bil-għemil tajjeb u biex jiġi evitat il-ħażen. Hu importanti li aħna nsiru poplu li minnu toħroġ t-tjieba għall-oħrajn.


Uħud mill-iktar ingredjenti importanti li għandna bżonn fir-riċetta biex inservu lill-oħrajn huma l-imħabba u s-simpatija f’qalbna għal bnedmin oħrajn.


Il-kbar juru ħniena liż-żgħar; is-sinjuri jservu lill-fqar imma bla sens ta’ kburija; wieħed li għandu saħħa tajba jagħti appoġġ u juri mġiba tajba u umilità lid-dgħajjef.


Fil-Koran Imqaddes Alla li jista’ kollox jikkmanda li nittrattaw lill-aħwa tagħkom, lill-qraba tagħkom, lill-ħbieb tagħkom, lill-konoxxenza tagħkom u l-ġirien tagħkom b’qalb tajba. Imma wkoll kunu ħanina lejhom, għinuhom jekk huma fil-bżonn u kunu ta’ ġid bl-aħjar kapaċitajiet ukoll ma’ dawk in-nies li ma tafuhomx u m’għandkomx relazzjonijiet, konnessjonijiet u qrubija magħhom. Kunu ta’ ġid lil dawk ukoll li għandkom relazzjoni temporali. Jekk huma fil-bżonn għas-simpatija u għall-għajnuna tagħkom allura hu importanti li tgħinuhom.


B’dawk l-għemejjel tajba nistgħu nistabbilixxu kultura sabiħa u tajba. Għandna niżviluppaw kompassjoni għall-kreatura ta’ Alla bil-fehma li din hi xi ħaġa ikbar mill-għemil it-tajjeb. Din taqa’ fil-qasam tal-benevolenza. Benevolenza tfisser li ma tkun trid xejn lura għall-favur tiegħek u tagħmel kollox għall-imħabba u l-pjaċir ta’ Alla.


Minħabba f’hekk soċjetà sabiħa se tiġi stabbilita fejn ma jkunx hemm diżgwid u problemi. Kulħadd se jipprova jkun twajjeb mal-oħrajn.


Kulħadd se jipprova jagħti d-drittijiet tal-oħrajn bl-imħabba u bil-ħsieb u jagħmel minn kollox biex jirbaħ il-ferħ ta’ Alla li jista’ kollox. Fis-soċjetà tal-lum hu l-iktar meħtieġ minn qatt qabel.
Alla jitlob minna biex inkunu ħanina mal-kreatura Tiegħu. B’dak il-mod nistgħu nsiru tajbin quddiemu u nirċievu l-premju f’din id-dinja kif ukoll fl-oħra.


Il-ħniena li nuru lejn l-oħrajn hi importanti li tiġi mill-qalb u ma nitolbux ir-rikonoxximent min-nies għall-għajnuna. Alla jħobb għemejjel tajbin u jixtieq li nuru s-simpatija lejn il-kreatura Tiegħu.


Għalhekk hu dmir tagħna li nuru l-kompassjoni għal kulħadd bla ma naraw ir-reliġjon imħaddna, il-kulur, ir-razza jew in-nazzjonalità tagħhom u nkunu tajbin
ma’ kulħadd bla diskriminazzjoni.


Il-Komunità Aħmadija dejjem tipprattika dawn il-valuri u tipprova tissodisfa x-xewqa tal-Fundatur tagħha li kien jgħid: “Il-mira u l-oġġettiv mixtieq u mitlub tiegħi hu s-servizz għall-umanità.”
Ejjew niddedikaw lilna nfusna u naħdmu b’qawwa kbira u mingħajr għejja biex inservu l-umanità kollha u biex neħilsu l-umanità maħqura mill-uġigħ u l-mard tagħha.

{Illum: Ittri | 25 ta’ April 2010 • Nr 183} http://www.illum.com.mt/2010/04/25/l2.html

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.