Trust and Honesty

Image: Jo Panuwat D/Shutterstock.com

IL-FIDUĊJA U L-ONESTÀ

Il-Leħen, 31.05.2026 | IMAM Laiq Ahmed Atif – amjmalta@gmail.com | WhatApp + 356 79 655 255 | Newsbook.com.mt

Il-fiduċja u l-onestà huma fost l-akbar virtujiet tal-moralità umana, anzi huma parti mill-fidi. Persuna li temmen f’Alla u fil-Ħajja ta’ Wara ma tistax tittradixxi fiduċja. Nirrealizza li jekk inżomm lura d-dritt ta’ xi ħadd jew nonqos milli nħallas, il-Mulej tiegħi jkun qed jarani, u żgur se jagħmilni biex inwieġeb għal għemili f’Jum il-Ħaqq.

Għalhekk, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, enfasizza ħafna fuq dan u qal li, “M’hemm l-ebda fidi għal min ma jirrispettax il-fiduċja tiegħu, u m’hemm l-ebda reliġjon għal min ma jżommx il-wegħda tiegħu.” Jiġifieri, jekk bniedem jikser il-fiduċja jew il-wegħda tiegħu ma jistax ikun fidil veru.

Huwa kompla enfasizza u qal li, “Irritornaw il-fiduċja ta’ kull min fdalek xi ħaġa, u tittradixxu lil ħadd anke lil dik il-persuna li ttradietkom.”

Il-Kalif tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, il-Qdusija Tiegħu, Mirża Masroor Aħmad, jispjega dan b’mod tajjeb u jgħid li, il-fiduċja mhix biss dwar xi ħadd li jafda xi ħaġa jew flus lil xi ħadd u jroddhom lura. Dan huwa minnu, imma jekk xi persuna ma tkunx qed titħallas għad-drittijiet tagħha, kemm jekk ikun minħabba laxkezza fix-xogħol jew negozjant ma jkunx qed jiġi trattat b’mod ġust fin-negozju tiegħu minħabba li jiġi mqarraq minn ħaddieħor, ma jkunx qed jitħallas id-drittijiet tiegħu, allura dan huwa tradiment għaliex fin-negozju, fit-tranżazzjonijiet, pereżempju, jekk xi ħadd ikun fada lil xi ħadd ieħor, allura jidħol fi ftehim ta’ negozju jew tranżazzjoni miegħu billi jqisu biss bħala ta’ min jafdah. Jekk din il-fiduċja tiġi miksura, allura dan huwa tradiment.

Imbagħad naraw ukoll li xi nies ibigħu l-affarijiet u minflok li jbigħu prodotti ta’ kwalità huma jħalltuhom ma’ prodotti inferjuri. Dan huwa tradiment. Ma jfissirx li tħallas id-dmirijiet tal-fiduċja kif suppost, imma li tneħħi d-dritt ta’ xi ħadd.

Għalhekk dawn l-affarijiet kollha huma sinjali ta’ dgħufija fil-fidi. Il-wegħdiet iridu jitwettqu. Jekk ma jkunux qed iwettqu l-wegħdiet tagħhom, ikunu qed jagħmlu d-dnub li jiksru l-wegħda u, flimkien mal-ksur tal-wegħda, ikunu qed jagħmlu wkoll tradiment. Għalhekk dwar nies bħal dawn, huwa qal li huma nies infidili u mhux reliġjużi.

Fl-Iżlam, il-fiduċja mhix biss li tipproteġi l-flus jew tirritorna affarijiet depożitati għandek. Hija responsabbiltà morali u spiritwali ħafna akbar li tmexxi r-relazzjoni tal-Musulman ma’ Alla, man-nies, u mas-soċjetà kollha. Barra minn hekk, il-fidi mhix biss dwar it-talb u l-qima, iżda wkoll dwar l-onestà, il-verità, il-ġustizzja, li tagħti lil kulħadd id-dritt tiegħu, u li żżomm kelmtek fil-ħajja ta’ kuljum.

Fil-qosor, il-fiduċja tista’ tinkludi flus fdati lilek, responsabbiltajiet fuq ix-xogħol, responsabbiltajiet fiż-żwieġ, onestà fin-negozju, iż-żamma tas-sigrieti u l-wegħdiet, li tirrispetta kuntratti, tagħmel xogħol ta’ kwalità, titkellem bil-verità, u anke tuża l-awtorità b’mod ġust. Għalhekk, li tkun ta’ fiduċja mhux biss “tirritorna depożiti”, iżda tfisser ukoll li tagħti lil kull persuna d-dritt tagħha.

Għalhekk huwa ferm importanti li nnisslu fina s-sens ta’ fiduċja, onestà u standards għoljin fit-tranżazzjonijiet tagħna u qatt ma nħallu x-Xitan li jeħodna ’l bogħod mill-onestà u l-fiduċja. Iżda dejjem inżommu mal-fiduċja, il-verità u l-onestà.

Unknown's avatar

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Article, Il-Leħen and tagged , , , , , , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.