Imam Laiq Ahmed Atif fi żjara f’San Blas Caritas Malta

Il-President tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana Malta, l-Imam Laiq Ahmed Atif, flimkien mal-membri tal-Komunità, għal darb’oħra, f’dawn il-ġranet sbieħ tal-festi, żar lir-residenti li jinsabu fil-Komunitajiet Terapewtiċi ta’ riabilitazzjoni mid-droga f’San Blas u ferraħhom b’diversi rigali.

Waqt iż-żjara tiegħu kien milqugħ mid-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, u uffiċjali oħra ta’ diversi djar f’San Blas inkluż tan-nisa.

L-Imam Atif qal li f’dawn il-ġranet għaddejjin minn żmien ferm diffiċli minħabba l-pandemija tal-coronavirus, u n-nies qed ibatu minħabba l-faqar u t-telf ekonomiku. Hemm nies li ma jistgħux jixtru xi affarijiet għall-festi, huma wkoll iridu jiċċelebraw, u jsiru parti minn dawn il-festi, iżda minħabba l-problemi finanzjarji tagħhom ma jistgħux jixtru, u għalhekk huwa imperattiv li s-soċjetà għandha tieħu ħsiebhom u tgħinhom b’kull mod possibbli.

Kull reliġjon tenfasizza l-karità. Filwaqt li jsemmi l-kwalitajiet ta’ dawk li huma ġusti u li verament jemmnu, Alla jgħid li huma dawk li ‘għandhom qalb tad-deheb’, li huma dejjem lesti biex jagħtu u juru s-solidarjetà. Għax jafu li l-ġest tas-solidarjetà jġib ferħ u sodisfazzjon tal-qalb. Għalhekk mhux biss li nirċievu r-rigali imma nagħmlu l-karità u nuru s-solidarjetà tagħna mal-oħrajn. Għax: Meta tieħu timla jdejk, meta tagħti timla qalbek.

L-Imam għadda messaġġ pożittiv u qal li kull bniedem huwa importanti, kulħadd għandu d-dinjità tiegħu. Hu kompla qal li aħna nemmnu li hemm żewġ għanijiet ewlenin ta’ reliġjon u fidi. Wieħed huwa li taqdi l-obbligazzjonijiet ta’ Alla Omnipotenti u l-ieħor huwa li taqdi l-obbligazzjonijiet tal-bnedmin ta’ madwarek. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana verament temmen f’dawn il-prinċipji u tipprattikahom kemm jista’ jkun.

Ir-residenti irġiel u nisa kienu grati ferm b’din iż-żjara u waqt mumenti fejn qasmu xi ħsibijiet esprimew l-apprezzament għall-kliem ta’ kuraġġ tal-Imam u tar-rigal li ta lil kull wiħed u waħda mir-residenti u talli ħaseb fihom f’dawn iż-żminijiet li għalihom jinħassu iktar diffiċli ’l bogħod minn dawk għeżież għalihom.

Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, spjega li din il-laqgħa tfisser ferm għall-Caritas għax tagħti xhieda tal-għaqda bejn ir-reliġjonijiet fl-umanitá u s-solidarjetá lejn ħutna fil-bżonn. Is-Sur Gatt esprima apprezzament lejn l-Imam Laiq Aħmed Atif, li f’dawn il-ġranet ta’ ferħ, jiftakar f’persuni li għaddejja minn tbatijiet u żjarat bħal dawn ifissru ħafna għax il-persuna tħoss li barra l-bibien tal-komunitajiet, hemm min qed jaħseb fiha.

Irringrazzjah ukoll tal-ġest ferm sabiħ li ferraħ il-Komunitajiet terapewtiċi kollha  b’affarijiet ta’ ħlewwa għal dawn il-ġranet ta’ festi. Find more:

Times of MaltaNewsBookNetNewsAl-HakamAlfazlonlineAlFazl Int.TurkishNews www.maltahaber.com

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Charity, Donation, Humanity First, Serving Mankind, Solidarijetà, Solidarity, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.