Use of soft and decent language

Użu ta’ lingwaġġ artab u deċenti

Imam Laiq Ahmed Atif | Read this article in Maltese

Kif jingħad li, ‘is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha’, bl-istess mod, il-bniedem jingħaraf bl-għemejjel, il-morali u l-valuri tiegħu. Huwa assolutament veru u fatt bla dubju u realtà kategorika li, mingħajr karattru sod u konvinċenti l-bnedmin huma bħal siġar li huma bla ebda frott. Għalhekk, jekk il-bniedem jixtieq li jkun jingħaraf bl-isem tajjeb fis-soċjetà allura għandu jkun b’valuri morali għolja ħafna, qalbu għandha tkun tad-deheb, għandu jkollu lsien mimli bl-għasel; u dejjem joqtor għasel minn kliemu. Min-naħa l-oħra, kif ngħidu li, ‘l-giddieb għomru qasir’, huwa wkoll minnu li dak li għandu lsien twil m’għandux rispett u standing fis-soċjetà; iċ-ċirku ta’ nies tiegħu jibqa’ dejjem żgħir u ħadd ma jħobb ikun madwaru.

___________ Il-Koran Imqaddes ___________

“Kellmu bil-grazzja u bil-qalb lin-nies, agħmlu t-talb u agħtu l-karità.” (2:84)

“Għid lill-​qaddejja Tiegħi biex jgħidu dak li huwa l-aħjar (id-diskors tagħhom ikun mill-aqwa f’kull aspett). Tabilħaqq li x-Xitan iġib il-firda bejniethom. Tassew li x-Xitan huwa għadu fil-beraħ tal-bniedem.” (17:54)

“Dawk li jisimgħu l-Kelma u jsegwu l-aħjar tagħha; huma dawk li Alla ggwidahom, u dawk huma n-nies ta’ dehen.” (39:19)

___________ Diskorsi tal-Qaddis Profeta Muħammadsa ___________

“Kelma tajba hija karità.” (Bukhari u Muslim)

“Ma tinjora u tiddisprezza xejn fit-tjubija, anke jekk tiltaqa’ ma’ ħuk fidil b’wiċċ jitbissem.” (Muslim)

“Persuna li temmen ma tqarraqx jew tisħet jew tabbuża jew titkellem b’mod indiċenti.” (Tirmiżi)

“L-indeċenza tisfigura kollox u l-pudur isaħħaħ is-seħer ta’ kollox.” (Tirmiżi)

“M’hemm ebda karatteristika oħra agħar għall-bniedem minn persuna bi lsien twil.” “Il-fidil veru huwa wieħed li minn ilsienu u minn idejh fidili oħra huma siguri u jinsabu fil-paċi u s-sliem.”

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Id-Dawl, Islam, Muslim and tagged , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.