Environment of our homes

L-ambjent ta’ djarna

Imam Laiq Ahmed Atif | Read this article in Maltese

Meta niltaqgħu ma’ sħabna, mal-membri tal-familja jew mal-kollegi tagħna, suġġett wieħed spiss jiġi diskuss b’interess u b’xewqa kbira u dik hija l-‘paċi’. Meta jkollna xewqa daqshekk profonda u taħraq għall-paċi, allura għaliex ix-xewqa tagħna mhix qed issir realtà, anzi, qed issir ferm aktar ’il bogħod milli ssir realtà?

Nemmen li, mhux biss li nitkellmu jew li nixtiequ l-paċi, imma għandna dmir, kull wieħed u waħda minna, li naqdu l-akbar irwol tagħna biex nistabbilixxu l-paċi f’din id-dinja. Madankollu, il-paċi fid-dinja ma tistax tiġi stabbilita sakemm nagħmlu djarna residenza ta’ serenità, trankwillità u ta’ paċi; sakemm nagħmlu l-ħajja tal-familji tagħna riflessjoni vera ta’ paċi dejjiema u ta’ sodisfazzjon.

Huwa importanti li dejjem inżommu f’moħħna ħaj u frisk li, jekk aħna ma nkunux kapaċi li noħolqu u nżommu ambjent paċifiku fi djarna, allura mhix tama valida ta’ soċjetà paċifika jew b’mod ġenerali d-dinja kollha mimlija mħabba u paċi. Tassew, djarna huma s-sisien għall-paċi u l-ġustizzja fis-soċjetà u fid-dinja inġenerali. Verament, m’hemm xejn li jixbah il-paċi; hija prezzjuża ħafna. Il-paċi mhijiex is-sempliċi assenza ta’ gwerra, iżda ambjent ta’ serenità, kompetenza, prosperità u benesseri. Il-paċi hija l-istat tal-moħħ li tgħinu jiżviluppa aktar, jivvinta u jiffjorixxi. Jalla Alla jagħtina saħħa, għerf u abbiltajiet kollha sabiex nagħtu sehemna sabiex nagħmlu dak kollu li nistgħu biex id-dinja verament issir ġenna tal-art. Ammen.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.