L-ESSENZA TAR-RELIĠJON
L-Iżlam jemmen bis-sħiħ fl-imħabba ta’ Alla u tal-umanità, u jenfasizza ħafna fuq dawn iż-żewġ prinċipji bażiċi li kulħadd għandu jiffoka fuqhom. Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-Messija Mwiegħed u l-Maħdias, il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, jispjega dan b’mod tajjeb u jgħid:
“L-essenza tar-reliġjon hija bbażata biss fuq żewġ aspetti importanti, li huma d-drittijiet dovuti lil Alla, u d-drittijiet dovuti lill-ħolqien Tiegħu… Huwa essenzjali li wieħed jiftakar li r-reliġjon hija bbażata fuq żewġ drittijiet. L-ewwel dritt huwa l-obbligi dovuti lil Alla. Dan jinkludi kif wieħed għandu jemmen u jkollu fidi f’Alla u l-manjiera li biha għandU jiġi meqjum. It-tieni huwa l-obbligi li għandhom jingħataw lill-ħolqien ta’ Alla. Dan jikkonsisti kif wieħed għandu juri mogħdrija, imħabba, ġenerożità, u benevolenza lill-kreazzjonijiet ta’ Alla u għandu jtaffilhom is-sofferenzi, l-uġigħ u d-dwejjaq tagħhom.”(i)
“Reliġjon vera hija waħda li tkun kapaċi telimina l-injoranza tal-bniedem u xxerred il-barkiet li l-fidili tagħha fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom ikunu tabilħaqq jidhru li qed juru devozzjoni lil Alla u mħabba u kompassjoni lill-ħolqien ta’ Alla. Wieħed li verament jemmen f’reliġjon bħal din jilħaq l-għan u skop aħħari li ruħhom ikunu għatxana u mxennqa li jiksbu.”(ii) (i)Malfużat, Vol. 2, p. 85, edizzjoni 2010; (ii) Ruhani Khazain Vol. 21, pp.27-29