Għaliex l-irġiel Musulmani għandhom il-Leħja?
Il-Musulmani jfittxu li jsegwu l-eżempju nobbli tal-Profeta tal-Iżlam – Muħammadsa. Il-Qaddis Profeta Muħammadsa kellu l-leħja u kien jilbes turban, żewġ użanzi komuni għad-dehra tal-irġiel ta’ dik l-epoka u pajjiż. Madanakollu, dawn ma kinux isiru biss biex wieħed isegwi t-tradizzjoni.
It-tkabbir tal-leħja ilu assoċjat mad-devozzjoni u l-virilità għal eluf ta’ snin fost ħafna kulturi u ċiviltajiet u huwa komuni f’ħafna reliġjonijiet. Fis-Sikiżmu, il-leħja titqies bħala parti mid-dinjità u t-tjubija tal-irġiel. Fil-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu, il-qassisin tal-imgħoddi ħafna drabi kienu jkabbru l-leħja u t-tqaxxir tagħha kien jitqies bħala sinjal ta’ għajb u diżunur. (1-Kronaki 19:4-5)
L-Iżlam kompla b’din it-tradizzjoni sabiħa, fejn il-Qaddis Profeta Muħammadsa kien iħeġġeġ it-tkabbir tal-leħja u jgħid:
“Żommu l-mustaċċi qosra u kabbru l-leħja.” (Bukhari)
Minn din it-tradizzjoni (diskors) jidher li m’hemmx daqs jew stil wieħed għal-leħja, iżda din għandha tkun itwal mill-mustaċċi. Il-mustaċċi m’għandhomx jitneħħew kompletament u lanqas m’għandhom ikunu twal ħafna għaliex it-tradizzjoni tgħid li l-mustaċċi għandhom jiġu ‘mirquma’. Il-leħja turi wkoll il-ġmiel ta’ raġel għaldaqstant għandha tinżamm nadifa wkoll.
“It-tkabbir ta’ leħja huwa wieħed mis-sinjali tan-natura.” (Muslim)
Il-Qaddis Profeta Muħammadsa kien ukoll ikabbar il-leħja, u l-Koran Imqaddes jgħid lil kull Musulman li jekk int tħobb lil Alla mela għandek issegwi lill-Profeta mbagħad Alla jħobb lilek ukoll. (Ch.3: V.32)
Biex isegwu l-eżempju nobbli tal-Qaddis Profeta Muħammadsa l-irġiel Musulmani jkabbru l-leħja.