Iż-Żerriegħa tal-Paċi

IŻ-ŻERRIEGĦA TAL-PAĊI

Bil-grazzja u l-barkiet t’Alla waslet fuqna sena ġdida – is-sena 2020. Fil-bidu ta’ kull sena ġdida, ħafna nies jissettjaw ċerti għanijiet li jkunu jridu jilħqu matul is-sena, bl-oġġettiv ewlieni jkun li jsiru persuni aħjar reliġjożament, moralment u spiritwalment. F’kuntest usa’, in-nies jittamaw u jitolbu li jkollna dinja aħjar fl-aspett ekonomiku, soċjali u paċifiku.

Biex nilħqu dawn l-għanijiet u nibdlu l-ambjent attwali li ngħixu fih f’dinja aħjar, aktar għanja u paċifika, jiena naħseb li kollha għandna nnaqqsu l-aspett egoċentiku tagħna. Għandna niżirgħu ż-żerriegħa tal-paċi, li jnibbtu t-tolleranza, ir-rispett u l-għaqda u nevitaw li niżirgħu ż-żerriegħa tal-mibegħda u l-firda.  

Kif nistgħu niżirgħu ż-żerriegħa tal-paċi?

Fl-Iżlam, il-kunċett tal-paċi hu bbażat fuq żewġ aspetti. L-ewwel wieħed hu li tkun fil-paċi m’Alla u t-tieni wieħed hu li tkun fil-paċi miegħek innifsek u mal-bqija tad-dinja.

Iż-żerriegħa tal-paċi ma jistgħux jinżergħu qabel nagħrfu lil Alla Omnipotenti u jkollna rabta Miegħu, il-għaliex Huwa hu s-‘Sors tal-Paċi’. It-tieni, għandna nkattru l-mogħdrija, l-imħabba u l-ġenerożità f’qalbna għall-umanità. Għandna nkunu poplu li minna t-tjubija tinfirex għal oħrajn.

“Huwa Alla, u m’hemmx Alla ieħor ħliefu, is-Sovran, il-Qaddis, is-Sors ta’ Paċi, Dak li joffri l-Kenn, Dak li jipproteġi, il-Qawwi, Dak li jikkontrolla, in-Nobbli. Imqaddes Alla ħafna aktar minn dak kollu li jassoċjaw Miegħu.” (Il-Koran Imqaddes, 59:24)

L-Iżlam iħeġġeġ lill-Musulmani biex jimitaw, kemm jista’ jkun, il-kwalitajiet t’Alla. Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, iddikjara kemm-il darba li s-segwaċi tiegħu għandhom ikunu ġenerużi u rispettużi u jħabirku biex ixerrdu l-paċi fost in-nies.

Matul il-ħajja tiegħu, il-Qaddis Profeta Muħammadsa ippromwova l-armonija interreliġjuża, ir-rispett reċiproku, il-fraternità, l-għaqda u l-ġenerożità. Huwa enfasizza l-ħtieġa għall-paċi f’kull livell tas-soċjetà – min-nukleu bażiku domestiku tal-familja għar-relazzjonijiet internazzjonali bejn il-pajjiżi. Huwa dejjem ħadem għal soċjetà tolleranti u inklussiva – soċjetà li tagħti kas, li tħobb, li tkun amikevoli u qalbha tajba. Huwa pproklama li Alla Omnipotenti xtaq li n-nies kollha, minkejja l-isfond etniku jew it-twemmin tagħhom, jgħixu fil-paċi u li l-valuri umani jkunu rikonoxxuti u stmati.

Dawn il-prinċipji huma ta’ importanza vitali għat-tiżrigħ taż-żerriegħa tal-paċi.  

Ejja naħdmu id f’id għall-paċi u l-prosperità għall-familja umana tagħna. Ejja niżirgħu tant żerriegħa tal-paċi li d-dinja timtela bil-ferħ, bl-għaxqa u s-serenità. Ejja nagħmlu s-sena 2020 sena ta’ għaqda u paċi universali.

Jalla Alla jagħmel mis-Sena l-Ġdida sors ta’ għadd ta’ barkiet personali u komunali. Nixtiqulkom Paċi, Saħħa u Ġid. Is-Sena t-Tajba. 

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Harmony, Islam means Peace, Love for all, Peace, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.