Ir-Riżoluzzjonijiet Tagħna
Meta tibda sena ġdida, hija tradizzjoni li n-nies jawguraw “is-Sena t-Tajba” lil xulxin. Ħafna nies iħejju pjanijiet u riżoluzzjonijiet differenti għas-sena li tkun se tibda. F’ħafna partijiet tad-dinja, is-Sena l-Ġdida tiġi ċċelebrata bil-festi, bix-xorb u b’wirjiet ta’ logħob tan-nar tul il-lejl kollu. Kif għandna nibdew is-Sena l-Ġdida? X’għandhom ikunu r-riżoluzzjonijiet tagħna?
Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, il-Messija Mwiegħedas, qal: “Hija r-regola għall-ġusti li jqattgħu ħajjithom fil-manswetudni u l-umiltà.”
Dan ifisser li għandna ngħixu ħajjitna f’konformità mal-kmandamenti t’Alla li hija ħajja ta’ sempliċità. Is-Sena l-Ġdida m’għandhiex tkun eċċezzjoni.
Għandna nqattgħu l-ħin inqimu ’l Alla, infittxu r-rikonoxximent Tiegħu u ngħinu biex ikollna sena paċifika, sana u prospera. Ir-riżoluzzjonijiet tagħna għas-Sena l-Ġdida għandhom jagħmluna nies aħjar, kemm fid-dar kif ukoll fil-komunità, jgħinuna biex niksbu qrubija m’Alla, u biex insiru persuni li verament nixtiequ l-ġid lill-umanità. M’għandniex inżommu r-riżoluzzjonijiet tagħna għal ftit ġranet biss, iżda nsegwuhom sakemm isiru drawwa regolari.