L-GĦAN TAL-ĦIĠAB
Noor-Ul-Hudah Khan, Avukat
Kliem bħal liberaliżmu u moderniżmu jiddefinixxu s-soċjetà tal-lum. Jidher li l-mod tal-għajxien tagħna tant għamel progress li l-għata bħall-Ħiġab jew l-ilbies modest m’għadhomx jitqiesu bħala neċessarji. Wara l-insegwiment tad-dibattiti dwar il-projbizzjoni tal-Burka u tal-Ħiġab f’postijiet pubbliċi, dejjem titqanqal il-mistoqsija dwar ir-rilevanza tal-Ħiġab. Is-soċjetà tqis il-Ħiġab bħala restrizzjoni mpoġġija fuq in-nisa Musulmani. Naturalment, tfeġġ il-mistoqsija: X’inhu l-għan vera tal-Ħiġab?
Alla jordna fil-Koran Imqaddes:
“U għidu lil dawk in-nisa li jemmnu biex jieħdu ħsieb id-dehriet tagħhom u jħarsu l-partijiet privati tagħhom u li ma jurux il-ġmiel tagħhom jew it-tiżjin tagħhom ħlief dak li hu ovvju, u li jagħmlu l-għata ta’ rashom fuq sidirhom…” (24:32)
Bl-istess mod, Alla jordna lill-irġiel biex ibaxxu ħarsithom. Alla l-Omnipotenti jistqarr:
“Għidu lil dawk l-irġiel li jemmnu biex jikkontrollaw għajnejhom u jħarsu l-partijiet privati tagħhom. Dan jagħmilhom aktar safja. Tassew, Alla jagħraf sew x’jagħmlu.” (24:31)
It-tbaxxija tal-għajnejn u s-satra tal-ġmiel jipprovdu saff protettiv fis-soċjetà. Jekk jiġu segwiti sewwa, dan jgħin lill-irġiel u lin-nisa biex jitħarrku liberament b’mod dinjituż fis-soċjetà u jipprovdilhom opportunitajiet rispettużi u ugwali biex iħabirku għall-progress tagħhom stess.
Hija idea komuni żbaljata qalb in-nies li n-nisa huma limitati għax jilbsu l-Ħiġab. Fil-verità, il-Ħiġab tal-mara ma joħolqilha l-ebda ostaklu biex hi tkompli l-istudji u l-karriera tagħha. Il-Ħiġab tal-mara huwa l-protezzjoni tagħha, il-ħellies tagħha. Jippermettilha li teċċella f’konformità mal-kmandamenti ta’ Alla.
Hemm tant nisa Musulmani tobba, infermiera, avukati u għalliema li jilbsu l-Ħiġab. Allura kif wieħed jista’ jassumi b’mod stupidu li l-Ħiġab joħloq restrizzjoni għall-mara. Il-Ħiġab ma joħloq l-ebda ostaklu għan-nisa. Jipproteġihom mill-ħażen tas-soċjetà, fejn in-nisa jitqiesu li huma aċċessibbli faċilment għall-irġiel. L-għan tal-Ħiġab kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa huwa li jħarishom mill-ħażen li naraw fis-soċjetà tal-lum, bħaż-żina, l-adulterju, tfal barra ż-żwieġ, abort, eċċ.
Meta wieħed jaħseb fil-fond, kieku kellna nsegwu l-kmandi ta’ Alla, konna naraw dawn il-kwistjonijiet imqanqla pereżempju mill-moviment #MeToojew manifestazzjonijiet pubbliċi kostanti ta’ żwiġijiet imfarrka? Għaldaqstant, huwa importanti li nirriflettu jekk dawn l-ordnijiet humiex ostaklu għalina jew inkella mezz biex jipproteġuna. Jekk wieħed iħares lejn din il-kwistjoni b’mod razzjonali, wieħed jintebaħ li l-Ħiġab mhu xejn ħlief benefiċċju għas-soċjetà tagħna u jippromwovi d-dinjità, l-iżvilupp, il-prosperità u l-paċi ġewwiena tal-individwu.