Islam honours and respects not only all the prophets but also those who believe in them. Moreover, it respects leaders of all religions, of all nations and issues commandments to respect them. Rather, the teaching of Islam has taken respect and honour to such lofty levels that the Holy Prophet Muhammad, peace be on him, said: “When a dignitary of a people visits you, you must respect him.”
This is indeed a valuable factor, among others, that also contributes to the maintenance of peace in our societies. These are the Islamic instructions for establishing mutual respect for each other’s elders and leaders, so that interfaith dialogue, harmony and peace can be promoted and established.
The Pope Francis’s visit of Malta was very welcomed by the entire nation. The Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta also paid its respect and attended his programme on the Granaries in Floriana. Prior to his visit to Malta, the Ahmadiyya Muslim Community also met with the Archbishop of Malta and extended its full respect and cooperation.
IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FRANĠISKU
L-Iżlam jirrispetta mhux biss lill-Profeti ta’ Alla kollha iżda wkoll lil dawk li jemmnu fihom. Barra minn hekk, jirrispetta lill-mexxejja tar-reliġjonijiet u tan-nazzjonijiet kollha u jagħti kmandamenti lill-Musulmani biex juru rispett lejhom. Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal: “Meta dinjitarji taʼ nazzjonijiet jew reliġjonijiet oħra jżurukom, għandkom biex turu rispett kbir u unur lejhom.”
Dan huwa tassew fattur siewi, fost l-oħrajn, li jikkontribwixxi wkoll għaż-żamma tal-paċi fis-soċjetajiet tagħna. Dawn huma l-istruzzjonijiet Iżlamiċi biex jiġi stabbilit rispett reċiproku għall-mexxejja ta’ xulxin, sabiex id-djalogu interreliġjuż, l-armonija u l-paċi jkunu jistgħu jiġu stabbiliti fis-soċjetajiet tagħna.
Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta kienet milqugħa ħafna min-nazzjon kollu, anke mill-Komunità Ahmadiyya Musulmana li wriet ir-rispett tagħha u attendiet għall-programm tiegħu fuq il-Fosos tal-Furjana. Qabel iż-żjara tiegħu f’Malta, il-Komunità Ahmadiyya Musulmana ltaqgħet ukoll mal-Arċisqof ta’ Malta u estendiet ir-rispett u l-kooperazzjoni sħiħa tagħha.
RISPETT REĊIPROKU
Il-Kap Dinji tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, il-Ħames Kalif, il-Qdusija Tiegħu, Mirża Masroor Aħmadaba jgħid:
Illum nosservaw li d-dinja saret villaġġ globali. Il-bnedmin resqu ferm qrib xulxin. In-nies ta’ kull pajjiż, reliġjon u kultura jinsabu kullimkien. Dan jirrikjedi li l-mexxejja ta’ kull pajjiż jikkunsidraw u jirrispettaw is-sentimenti tan-nies kollha.(i)
F’din l-epoka, skont it-twemmin tagħna, Alla l-Omnipotenti bagħat il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, Ħażrat Mirża Ghulam Aħmadas ta’ Qadian bħala l-Messija Mwiegħed u bħala l-Imam Maħdi, taħt is-sottomissjoni assoluta tal-Qaddis Profeta Muħammadsa.
Il-Messija Mwiegħedas intbagħat biex ixerred il-vera tagħlim ġenwin tal-Iżlam u tal-Koran Imqaddes. Intbagħat biex isaħħaħ l-għaqda bejn il-bniedem u Alla l-Omnipotenti. Intbagħat biex jidentifika u jagħraf id-drittijiet li bniedem għandu jagħti lil ħaddieħor. Intbagħat biex itemm kull forma ta’ taqbid reliġjuż. Intbagħat biex jistabbilixxi r-rispett, id-dinjità u l-unur ta’ kull Fundatur u kull Profeta ta’ kull reliġjon li teżisti. Intbagħat biex jiġbed l-attenzjoni ħalli kulħadd jagħmel ħiltu biex jgħix skont l-ogħla livelli ta’ valuri morali, u biex jistabbilixxi s-sliem, l-imħabba, il-mogħdrija u l-fraternità fil-pajjiżi kollha tad-dinja.
Jekk tmur kullimkien fid-dinja, issib li dawn il-kwalitajiet tajba jinsabu fil-Musulmani Aħmadin ġenwini kollha… L-eżempju li nsegwu huwa dak tal-Fundatur tal-Iżlam, il-Qaddis Profeta Muħammadsa, u l-istruzzjonijiet li jiggwidawna huma dawk tal-Koran Imqaddes.(ii) (Il-Kriżi Dinjija u t-Triq għall-Paċi, p. 52 & 74-75) – READ Original Article in Maltese