Ir-reliġjon u l-politika mhumiex l-istess ħaġa iżda t-tnejn li huma għandhom jirrispettaw lil xulxin. U minkejja l-kontroversja kollha, r-reliġjon għandu rwol importanti fil-politika. Fil-fatt, dan hu rifless ukoll fil-politika li jaddotta l-Partit Popolari Ewropew fuq livell Ewropew.
Hekk sostna l-Ewroparlamentari Malti Simon Busuttil waqt il-konferenza Peace Conference 2012, organizzata mill-Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, li trattat id-demokrazija, d-drittijiet umani, u l-liberta’.
Fid-diskors tiegħu, Simon Busuttil qal li l-politiċi għandhom jirrikonoxxu l-kontribuzzjoni li r-reliġjon tagħti fil-ħajja ta’ kuljum, u enfazizza li kemm ir-reliġjon kif ukoll il-politika mhumiex kontradittorji, iżda jikkumplimentaw lil xulxin. Dan peress li t-tnejn li huma għandhom l-għan komuni li jtejbu l-ħajja tal-individwi.
Simon Busuttil fakkar f’dak li kien jippriedka Fr. Peter Serracino Inglott, jiġifieri li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha kuntatt regolari mal-knisja, li l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta l-prinċiju tas-sussidjarjeta’ fuq livell ta’ reliġjon, kif ukoll li l-Kostituzzjoni Ewropea għandu jkolla referenza għall-għeruq Insara fl-Ewropa. Simon Busuttil qal li l-Unjoni Ewropea taħdem ħafna fuq dawn il-prinċipji, iżda fakkar li r-referenza għall-għeruq insara fil-Kostituzzjoni ma teżistix peress li Franza kienet ivvutat kontra.
Source: MaltaRight: By: Matthew BONETT / 17 ta’ Marzu, 2012 14:15 CET
Find Original Post: