Il-komunità Iżlamika b’konvenzjoni inter-reliġjuża biex tippromovi d-djalogu

 

Il-komunità Iżlamika Ahmadiyya li tiltaqa’ għat-talb fil-Gżira tellgħet konvenzjoni inter-reliġjuża biex flimkien ma’ rappreżentanti ta’ reliġjonijiet oħra tippromovi d-djalogu ħalli tinħoloq atmosfera ta’ mħabba, rispett u tama. Il-konvenzjoni nżammet fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa fl-Imsida.

Id-djalogu bejn rappreżentanti tar-reliġjonijiet huwa l-għodda li qed tintuża biex dawk li jemmnu jifhmu aktar lil xulxin ħalli flimkien joħolqu atmosfera ta’ paċi, imħabba u rispett minkejja d-diversità fit-twemmin. Il-Komunità Iżlamika Ahmadiyya ħasset li għandha toħloq opportunità ta’ djalogu fejn rappreżentanti ta’ reliġjonijiet differenti jitkellmu dwar it-twemmin tagħhom ħalli tissaħħaħ il-ħbiberija. Il-konvenzjoni li nżammet fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa f’Imsida kellu t-tema ‘Imħabba għal Kulħadd, mibegħda lejn ħadd’.

Laiq Ahmed Atif, il-President t’Ahmadiyya Musulmana “nagħtu għarfien lill-komunità tagħna dwar l-Iżlam u kif għandhom jgħixu fis-soċjetà bħala ċittadini responsabbli, għandhom juru rispett lejn kulħadd u jgħinu lill-kulħadd li huwa fil-bżonn.”

Il-President Ahmed Atif qal li l-konvezjoni kellha li jintbagħat messaġġ ta’ għaqda.

Laiq Ahmed Atif qal “nies ta’ twemmin differenti li jgħixu f’Malta u nibagħtu l-messaġġ li għalkemm ir-reliġjonijiet jkunu differenti iżda bħala bnedmin umani nistgħu niffukaw fuq affarijiet komuni bejnietna sabiex nagħmlu s-soċjetà aħjar.”

Fr John Barry li huwa d-deligat tal-Kummissjoni Djoċesana għad-Djalogu Interreliġjuż tal-Knisja qal li d-djalogu reliġjuż joħloq kultura ta’ paċi u anke jibni pontijiet bejn ir-reliġjonijiet. Find More

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in #AhmadiyyaMalta, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Inter-religious dialogue, Interfaith, Interfaith dialogue, Jalsa Salana Malta, Love for all - Hatred for none and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.