The True Concept of Islamic Jihad

L-ikbar Ġiħad huwa r-riforma ta’ dak li jkun

Illum il-ġurnata aħna ngħixu fid-dinja fejn għandna problemi u sfidi kbar madwarna. Ngħixu fid-dinja materjalistiku fejn kulħadd irid iktar mill-ieħor, fejn kulħadd irid jaqla’ iktar flus mill-oħrajn. Għandna iktar affarijiet tal-kumdità min-nies ta’ qabel, għandna iktar invenzjonijiet sbieħ tal-istorja tal-bniedem, pero, aħna bħala bnedmin m’aħniex ferħanin u kuntenti.

Din ukoll hija r-realtà tal-lum, li hemm nies li ma jridux li l-bnedmin jgħixu fil-paċi u l-kumdità. Hemm ukoll nies li dejjem jipprovaw jagħmlu ħsara kbira lill-paċi tad-dinja. Hemm nies li fil-vera sens tal-kelma huma l-għedewwa tal-umanità.

Illum il-ġurnata huwa importanti ħafna li nxerrdu tbissima fuq uċuħ in-nies u ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn, imma, sfortunatament hemm nies li qed joqtlu nies innoċenti. Xi wħud jinvolvu ruħhom fl-attakki terroristiċi u l-attakki suwiċidji.

Jiena nistaqsi lil dawk in-nies li huma terroristiċi u lil dawk li jinvolvu ruħhom fl-attakki suwiċidji: Għaliex tagħmlu dawn l-affarijiet ħżiena? U għaliex ma tagħmlux għemejjel tajbin? Għaliex it-terroriżmu? Għaliex magħandniex il-paċi? Għaliex l-attakki suwiċidji? Għaliex magħandniex l-imħabba?

Ħafna drabi nsibu xi Musulmani jew xi gruppi Musulmani nvoluti f’attakki terroristiċi u suwiċidji. U jgħidu li huma jagħmlu dawn f’isem Alla u f’isem l-Iżlam. U jgħidu li dan mhux it-terroriżmuu pero huwa l-Ġiħad.

Ngħid is-sewwa dan mhux il-Ġiħad, dan hu t-terrorżmu. U aħna nikkundanaw dawn l-attakki kollha kategorikament. Il-mistoqsija hi li jekk dan mhux il-Ġiħad, allura, x’inhu l-Ġiħad?

Il-kunċett veru tal-Ġiħad Iżlamiku?

L-ewwelnett, irid nispjega li battalja li ssir minħabba reliġjon hija wkoll forma waħda tal-Ġiħad, iżda battalja difensiva biss, imma, dan mhuwiex il-Ġiħad ta’ prijorità. L-ikbar Ġiħad huwa r-riforma ta’ dak li jkun. Fiż-żmien tal-Profeta Muħammad, is-sliem għalih, il-gwerra li ssemmet ‘‘il-Ġiħad’’, ma kinitx gwerra politika, pero, kienet gwerra difensiva u saret għax il-Musulmani kienu taħt l-attakki tal-għedewwa minħabba r-reliġjon tagħhom.

Meta nidħlu fid-dettall, insibu li l-Musulmani ma kellhomx il-permess li jattakkaw l-ewwel, imma meta l-għedewwa attakkawhom Alla tahom permess biex jġġieldu kontrihom sabiex jiddefendu lilhom infushom u r-reliġjon tagħhom. Imma ma kellhomx ixerrdu d-demm ta’ nies innocċenti. Pero, sfortunatament, illum il-ġurnata hemm Musulmani li jemmnu fil-Ġiħad fejn jistgħu jxerrdu d-demm tal-bnedmin.

Il-Fundatur tal-Komunità Aħmadija, mitt sena ilu spjega l-kunċett veru tal-Ġiħad iżlamiku hekk:

“Xi Musulmani slavaġ isemmu t-tixrid tad-demm krudil Ġiħad, u ma jafux li meta tikkonfronta ħakkiem ġust, hu ribelljoni u mhux Ġiħad. Aktar minn hekk, persuna li ma żżommx wegħda, u min jikkommetti att ħażin minflok att tajjeb u min jikkastiga l-innoċenti huwa tirann u mhux ġeneral rebbieħ.”

‘‘It-tixrid tal-idea fost il-Musulmani li jattakkaw nies li jħaddnu reliġjonijiet oħra u li huma jsejħulha Ġiħad, mhijiex gwerra legali għaliex huwa ċar li qed tmur kontra l-kmandament ta’ Alla u l-Profeta Muħammad (il-paċi tkun miegħu) u dan hu dnub kbir.’’

Allura, dan huwa t-tagħlim veru tal-Iżlam kif imfisser lilna mill-Fundatur tal-Komunità Aħmadija, li jrid jistabbilixxi fis-sod il-paċi u jagħni d-dinja b’atmosfera ta’ mħabba u affezzjoni.

Illum il-ġurnata naraw attakki suwiċida minn dawk li jsejħu lilhom infushom Ġiħadi sabiex iweġġgħu s-suldati tal-għadu biss, imma fil-fatt Musulmani sħabhom qegħdin jinqatlu wkoll f’dawn l-attakki. Dan huwa ħażin. Huwa fid-dmir tal-gvernijiet li jassiguraw il-paċi. Kull att li tikkommetti xi persuna li ma tagħmilx parti minn armata huwa ribell u mhux Ġiħad.

Il-mistoqsija li qajjimt kienet is-sinifikat tal-Ġiħad, u t-tweġiba hi li f’dan iż-żmien, il-Ġiħad li temmen fih il-Komunità Aħmadija Musulmana, huwa r-riforma ta’ dak li jkun.

Din mhijiex idea riċenti; kienet imsemmija 1400 sena ilu mill-Fundatur tal-Iżlam wara li rritorna minn battalja meta qal li aħna, minn Ġiħad minuri resqin għal Ġiħad akbar, u dan il-Ġiħad akbar huwa l-Ġiħad li wieħed jirriforma lilu nnifsu; u li huwa dejjiemi u bla tmiem. L-istat tal-gwerra ma jibqax jeżisti għal dejjem.

Il-Ġiħad veru huwa r-riforma tal-ħażen li jitwieled fi żminijiet ta’ paċi u kumdità. Il-qadi tal-umanità huwa Ġiħad veru u l-120 sena ta’ storja tagħna, jiġifieri l-Komunità Aħmadija, tixhed dan kollu. Aħna marbutin ma’ dan il-Ġiħad.

Filwaqt li aħna qegħdin nippruvaw irressqu l-umanità aktar lejn il-Ħallieq, l-iskejjel u l-isptarijiet tagħna, il-pjanijiet tagħna għall-bjar u l-pompi tal-ilma fil-pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u f’pajjiżi foqra oħra mxerrda ’l hawn u ’l hinn fid-dinja, qegħdin ikomplu. Qegħdin ngħinu wkoll lil dawk li ġew affettwati minn diżastri naturali. L-għaqda ‘‘l-Umanità l-Ewwel (www.humanityfirst.org )’’ għamlet xogħol tremend u meraviljuż f’dan ir-rigward billi għenet foqra u orfni, ħaffret il-bjar u pprovdiet l-elettriku. Filwaqt li jiggwidana f’din id-direzzjoni, il-Fundatur tal-Komunità Aħmadija jgħid:

‘‘Jiena, għalhekk, inwiddibkom: Oqogħdu ’l bogħod mill-ħażen u uru l-ħniena, lejn l-umanità. Naddfu qalbkom mill-ħjiena u l-inkejja, u intom issiru bħal anġli b’dawn l-atteġġjamenti. Hija reliġjon maħmuġa u mhix qaddisa dik li hi nieqsa mis-simpatija lejn l-umanità u mniġġes hawn l-passaġġ mimli bl-egoiżmu tagħha u mimli mibegħda. Uru l-ħniena lejn kulħadd għall-imħabba ta’ Alla sabiex magħkom issir il-ħniena fil-ġenna. Ejjew u jien ngħallimkom mod kif id-dawl tagħkom jista’ jdawwal fuq dwal oħra. Warrbu kull mibegħda u għira u uru l-ħniena lejn l-umanità, u ntilfu f’Alla.’’

‘‘Ġejt għandkom b’ordni: il-Ġiħad bis-sejf spiċċa mil-lum ’il quddiem, imma l-Ġiħad li jsaffi l-erwieħ għandu jkompli. Dan mhux qiegħed ngħidu minn żniedi. Din hija r-rieda ta’ Alla. U hu semma t-tradizzjoni tal-Profeta Qaddis tal-Iżlam, li meta jiġi, il-Messija (fl-Iżlam) jxejjen u jtemm kull gwerra reliġjuża. Minħabba f’hekk, allura jiena nikkmanda lil dawk li ngħaqdu miegħi sabiex iwarrbu kull ħsieb dwar dan, inaddfu qlubhom, jinkoraġġixxu s-simpatija u juru ħniena lejn il-batut.’’

Din hija tifsira vera tal-Ġiħad Iżlamiku. U fl-aħħar, jiena nappella lil dawk in-nies li huma involuti fit-tixrid tad-demm tal-umanità: Ejjew nifformaw infusna; ejjew nagħmlu l-għemmejjel tajbin li Alla jixtieq; ejjew nispiċċaw il-Ġiħad bis-sejf mil-lum ’il quddiem; ejjew neħilsu l-umanità maħqura mill-uġigħ u l-mard tagħha u ejjew nagħmlu wkoll il-Ġiħad tas-servizz tal-umanità. Dan jistà jitqies bħala l-Ġiħad veru!

http://www.it-torca.com/ il-Ħadd 24 ta’ Ottubru 2010

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in www.ahmadija.org.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s