Diskussjoni dwar il-Ġiħad Iżlamiku u t-Terroriżmu

Credit/Source: Net News, It-Tlieta, 28 ta’ Marzu 2017

Fil-Common Room tal-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU, fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta ġiet organizzata diskussjoni dwar il-Giħad Iżlamiku u t-Terroriżmu.

Din id-diskussjoni ġiet organzzata mill-KSU flimkien mal-Komunita’ Aħmadija Musulmana f’Malta li l-President tagħha hu Laiq Ahmed Atif.

Minn naħa tiegħu Ahmed Atif tkellem dwar x’inhu l-kunċett tal-ġiħad iżlamiku, ir-rwol tan-nisa fl-iżlam, id-demokrazija fl-iżlam x’inhi, dwar is-shariah u dwar it-terroriżmu.

Il-President tal-Komunita’ Musulmana qal li l-ġiħad jiġi miżinterpretat minn ħafna musulmani. Skont l-ispjega li ta’ l-giħad iżlamiku hu l-ġlieda kontra l-egoiżmu, l—imħabba lejn allah u l-ġiħad u wkoll id-difiża lejn l-imħabba għar-reliġjon. Laiq Amed Atif qal wkoll li l-Koran iwassal messaġġ ta’ imħabba u paċi.

Bħala parti mid-diskussjoni kien hemm wkoll eżebiżżjoni tal-Koran u xi jgħid. Fosthom li l-Iżlam jiċħad it-terroriżmu.

Minn naħa tagħha l-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Stef Dalli qalet li qed ngħixu f’soċjeta’ fejn qed tiddomina l-biża tar-reliġjonijiet. Dan qed iwassal biex minflok naċċettaw lil xulxin f’diversita’ tagħna qed nemarġinaw sezzjonijiet partikolari tas-soċjeta’. Qalet wkoll li hu importanti li nħaddnu l-inklużjoni fil-forom kollha tagħha.

Waqt id-diskussjoni li kienet miftuħa għall-istudenti tal-Universita’ u l-lecturers ipparteċipa wkoll l-Imam tal-Komunita Aħmadija Musulmana fl-Irlanda. NetNews

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s