Imam Laiq Ahmed Atif fi żjara f’San Blas Caritas Malta

Il-President tal-Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, l-Imam Laiq Ahmed Atif, għal darb’oħra, f’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied, żar lir-residenti li jinsabu fil-Komunitajiet Terapewtiċi kontra l-abbuż tad-droga f’San Blas u ferraħhom b’diversi rigali.

Waqt iż-żjara tiegħu kien milqugħ mid-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, il-Kordintar tas-Servizzi tal-Fondazzjoni mill-abbuż tad-droga, is-Sur Joshua Aquilina, il-Heads tal-Komunitajiet u wkoll Staff flimkien mar-residenti ta’ diversi djar f’San Blas inkluż tan-nisa.

L-Imam għadda messaġġ ferm pożittiv meta tkellem mar-residenti u spjega li l-iskop ewlieni taż-żjara tiegħu ikun li juri solidarjetà ma’ persuni li forsi s-soċjetà mhux dejjem tħares lejhom b’lenti pożittiva. L-Imam Ahmed Atif kompla jgħid li: “Nemmen li għandkom importanza fis-soċjetà u għalhekk ħassejt li għal sena oħra nerġa’ niġi u nawguralkom il-festi t-tajba, għax intom bħal dik il-karozza li teħel fit-tajn, li jekk issib min jimbuttaha se toħroġ mit-tajn u tkompli fil-vjaġġ tagħha u tasal f’dik id-destinazzjoni li tixtieq. F’dik id-destinazzjoni tasal bi sforz min-naħa tiegħek u b’ħafna mħabba minn dawk ta’ madwarek. Il-ħajja hija sabiħa u rridu nifhmu li ħajja waħda għandna u rridu nagħmlu l-aħjar possibbli minnha,”  temm il-messaġġ tiegħu billi qal: “Meta tirċievi tkun qed timla idejk, imma meta tagħti tkun qed timla qalbek!”

Ir-residenti espremew il-ferħ tagħhom b’din il-laqgħa għax hija turija ta’ solidarjetà u messaġġ sabiħ lis-soċjetà ta’ kif għandha tħares lejn persuni li għaddew minn diffikulatjiet simili fil-ħajja tagħhom.

Id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt, spjega li din il-laqgħa tfisser ferm għal Caritas għax hija l-umanità li tgħaqqad u dan il-messaġġ għandu jasal għand is-soċjetà biex inkunu ġens maqgħud. www.newsbook.com.mt .

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Humanity First, Laiq Ahmed Atif, Love for all, Serving Mankind, Solidarijetà, Solidarity, www.Ahmadiyya.mt and tagged . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.