
Alla tassew Jeżisti? MIN HU ALLA?
It-Torċa, 02.02.2025 | IMAMLaiq Ahmed Atif – amjmalta@gmail.com
Ftit ġimgħat ilu, ħabib tiegħi ċempilli u qalli, “Weġġajt spallti waqt ix-xogħol, għandi l-uġigħ u ma nistax inċaqlaq l-ispalla tiegħi iktar minn ħamsa fil-mija. It-tabib jgħid li se ssir l-operazzjoni.” Qalli li jibża’ mill-operazzjoni u ma jridx imur għall-operazzjoni, u xtaq li jfiq mingħajr l-operazzjoni. Qalli li għandu fiduċja kbira fit-talb u talabni biex nitlob għalih u anke nikteb lill-Kalif, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, il-Mexxej tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, sabiex jiftakar fih fit-talb speċjali tiegħu għall-fejqan.
Mill-ewwel ktibt lill-Kalif, il-Qdusija Tiegħu, li hu bniedem qaddis u spiritwali ħafna. Huwa tassew bniedem ta’ Alla, li għandu relazzjoni soda ma’ Alla. Il-Qdusija Tiegħu l-Kalif, barra mill-ħames talbiet obbligatorji, iqum billejl filgħodu kmieni, madwar tliet, erba’ sigħat qabel tlugħ ix-xemx, biex iqim lill-Mulej u jfittex il-barkiet u l-ħniena Tiegħu għall-umanità kollha.
Xi ftit ġranet ilu, dak il-ħabib tiegħi mar għand il-physio għall-check-up u mbagħad ġie għandi biex jiltaqa’ miegħi. Kien ferħan ħafna u qalli, “Jiena mfejjaq 75 fil-mija.” Qalli, meta tkellem miegħi l-ewwel darba dwar saħħtu, kien hemm 5 fil-mija ċaqliq fl-ispalla tiegħu, u llum hemm 75 fil-mija ċaqliq. Qalli, “Dan sar minħabba t-talb; din hija xejn ħlief il-barka ta’ Alla.”
L-ikel favorit
Darba jien mort ma’ binti biex nixtru xi ħaġa, imbagħad ħadtha miegħi f’restorant fejn hi tħobb tiekol l-ikel partikolari tagħhom. Wara li ordnajt l-ikel, qaltli, “Papà, nemmen li Alla verament jeżisti u jisma’ t-talbiet u x-xewqat tagħna.” Qaltli, “Ilbieraħ xtaqt li jkolli dan l-ikel, iżda ma għedtlekx.”
Jiġifieri, ix-xewqa innoċenti tagħha sar talb u wasal għand il-Mulej u aċċettaha. Ara, jien ma kontx naf li hi tixtieq tiekol l-ikel favorit tagħha f’dak ir-restorant minkejja t-talb u x-xewqat tagħha. Jien ma kelli l-ebda pjan biex immur hemm, iżda Alla daħħal dan f’qalbi biex neħodha miegħi għall-ikel tal-għażla tagħha f’dan ir-restorant partikolari.
Ktibt dawn ta’ fuq sabiex nifhmu l-eżistenza ta’ Alla. Għax insibu u nagħrfu lil Alla mill-attributi u s-sinjali u bil-qawwa tiegħu.
L-eżistenza tal-moħħ, l-intellett u l-memorja hija verità aċċettata li ħadd fid-dinja ma jiċħad; madankollu xi ħadd qatt ra l-intellett, jew sema’, jew daq, jew xammha? Imma xorta nemmnu fihom u fl-eżistenza tagħhom permezz tal-effetti u l-impatt tagħhom. Bl-istess mod, Alla juri lilu nnifsu permezz tas-sinjali tiegħu.
Insibu lil Alla permezz tat-talb
Għalhekk, il-prova tal-eżistenza ta’ Alla hija l-manifestazzjonijiet tal-qawwa u s-sinjali tiegħu, fosthom it-talb. Verament, l-aċċettazzjoni tat-talb hija prova kbira tal-eżistenza ta’ Alla. Fid-dawl ta’ dan, ippreżentajt żewġ ġrajjiet veri u riċenti lill-qarrejja. Dawn il-ġrajjiet ta’ aċċettazzjoni tat-talb mhumiex prova tal-eżistenza ta’ Alla?
Mingħajr l-iċken dubju, Alla jikxef lilu nnifsu lill-qaddejja veri tiegħu billi jisma’ t-talb tagħhom. Dan huwa mod u mezz meraviljuż u mill-isbaħ biex issib u tesperjenza lil Alla, u kulħadd jista’ jagħmel dan. Kulħadd jista’ jesperjenza u jsib lil Alla permezz tat-talb.

Min hu Alla?
Il-Koran Imqaddes jiddeskrivi lil Alla fil-qosor u b’mod komprensiv, u jwieġeb il-mistoqsija għal min hu Alla, b’mod eċċellenti, li: “F’Isem Alla, Kollu Grazzja, il-Ħanin. It-tifħir kollu għal Alla, Sid id-Dinjiet kollha. Kollu Grazzja, il-Ħanin, Sid Jum il-Ħaqq.” (Il-Koran, 1:1-4)
“It-tifħir kollu lil Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, u għamel id-dlamijiet u d-dawl; madankollu dawk li ma jemmnux jagħmlu (allat oħra) daqs il-Mulej tagħhom.
Huwa li ħalaqkom mit-tafal, imbagħad jiddetermina żmien għal ħajjitkom, u hemm terminu ieħor iffissat li Hu biss għandu għarfien tiegħu, xorta tiddubitaw (minkejja s-sinjali kollha).
Huwa Alla, kemm fis-smewwiet kif ukoll fl-art. Jaf ġewwa tagħkom u barra tagħkom; jaf dak li tostru u dak li turu, u jaf dak kollu li takkwistaw u tiksbu.” (Il-Koran, 6:2-4)
Is-sors tal-paċi
“Huwa Alla, u m’hemm ħadd denju tal-qima ħlief Hu, Dak li Jaf Kollox dwar dak li jidher u dak li ma jidhirx. Huwa l-Ġentili, il-Ħanin. Huwa Alla, u m’hemm ħadd denju tal-qima ħlief Hu, is-Sovran, il-Qaddis, is-Sors tal-Paċi, il-Protettur, is-Setgħani, il-Kontrollur, in-Nobbli.
Qaddis huwa Alla ħafna aktar minn dawk li jassoċjaw miegħu. Huwa Alla l-Ħallieq, il-Kreatur, l-Għammiel. Tiegħu huma l-aktar ismijiet sbieħ. Dak kollu li jinsab fis-smewwiet u fl-art jigglorifikah; u Huwa s-Setgħani, l-Għaqli.” (Il-Koran, 59:23-25)
F’dawn il-versi ta’ hawn fuq, Alla huwa deskritt bħala l-Ħallieq tal-univers kollu, tas-smewwiet u l-art, u tal-umanità kollha; Hu dak li Jaf Kollox, Hu Jista’ Kollox, Hu Qawwi, Hu l-Ewwel u l-Aħħar.
L-għajn tal-ħajja
Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya jgħid: “Kemm hu xortih ħażina, tabilħaqq, dak il-bniedem li lanqas biss jaf li għandu Alla b’setgħa fuq kollox!
Il-Ġenna tagħna, tabilħaqq, hija Alla tagħna: l-ogħla tgawdija tagħna hija f’Alla għaliex aħna rajnieh u kull ġmiel jinsab fih (f’Alla). Jaqbel li kulħadd ikollu dan it-teżor, anki jekk wieħed jitlef ħajtu għalih; u din hija ġawhra li għandha tinxtara anki jekk tinkiseb biss billi wieħed jissagrifika lilu nnifsu għalkollox.
O inti li qed tħossok vojt, iġri lejn din l-għajn ħalli l-għatx tiegħek jittaffa. Hija l-għajn tal-ħajja li se ssalvak. X’nista’ nagħmel jien, u kif nista’ nwaħħad din l-aħbar tajba f’moħħok, b’liema tanbur għandi mmur fit-toroq ngħajjat li Dan huwa Alla tiegħek, ħalli kulħadd għandu jisma’. B’liema ingwent għandi nfejjaq lin-nies ħalli jinfetħulhom widnejhom biex jisimgħu!
Jekk inti tassew issir ta’ Alla, mela ibqa’ żgur li Alla jkun tiegħek fis-sew; tabilħaqq Alla jkun tiegħek.”




Islam champions the sanctity of human life and lays great emphasis on preserving the dignity of human life. In Islam the view is that only God can give or take life.

Il-ksib tal-hena u l-kuntentizza vera
X’inhu l-veru mezz ta’ ferħ?










Photo: Ahmed Akacha | Pexels.com














