L-immigranti qed iffitxu l-libertà u l-paċi – Marie Louise Coleiro Preca
L-immigranti li qed jaħarbu minn pajjiżhom qedgħin iffitxu il-paċi u l-libertá. Hekk stqarret il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt li ndirizzat is-simpożju anwali tal-paċi.
Waqt dan is-simpożju organizzat minn Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, il-President tkellment dwar it-traġedji li seħħew dan l-aħħar. Hi stqarret li hemm bżonn li naddottaw azzjoni holistika biex insalvaw l-ħajja ta’ dawk kollha li qed jaqsmu l-Mediterran.
Dawn qed jitilqu minn pajjiżna għaliex m’għandhomx għażla, huma qed iffitxu ħajja aħjar, qed iffitxu il-paċi u libertá stqarret Coleiro Preca.
Hi appellat lil dawk preżenti sabiex ma jagħtux daharhom lejn ir-realtà iżda jifhmu s-sitwazzjoni tal-immigranti irregolari. Find More: