Source/Credit: www.tvm.com.mt/ June 1, 2019.
Il-President George Vella u martu kienu l-mistiedna speċjali tal-komunità Musulmana f’Malta għall-ikla tal-iftar li sseħħ waqt ix-xahar tar-Ramadan.
Bit-tema tar-Ramadan, il-Paċi u l-kunċett ta’ sawm fir-reliġjonijiet, il-President ingħaqad flimkien mal-komunità u mistiedna distinti oħrajn fejn ġiet diskussa l-importanza tas-sawm u l-iftar li fl-aħħar tal-ġurnata tgħaqqad u tiġbor il-komunitajiet flimkien għall-pranzu .
Il-President Vella qal li hemm bżonn akbar ta’ armonija u djalogu bejn is-soċjetajiet ta’ twemmin differenti filwaqt li faħħar lil Ahmadiyya Muslim Jamaat tal-inizjattiva inklussiva.
Dan l-avveniment sar bl-iskop biex titqajjem aktar kuxjenza u jitwassal aktar għarfien dwar it-twemmin u t-tradizzjonijiet Musulmani.
Preżenti għall-avveniment kien hemm rappreżentanti ta’ kull reliġjon.