Literacy Day

LITTERIŻMU

Kull sena, it-8 ta’ Settembru huwa ċċelebrat bħala l-Jum Internazzjonali tal-Litteriżmu biex ifakkar lill-komunità internazzjonali dwar l-importanza tal-litteriżmu għal individwi, komunitajiet u soċjetajiet, u l-ħtieġa għal sforzi kontinwi lejn soċjetajiet aktar litterati.

Nemmen li l-edukazzjoni u l-għarfien huma ċ-ċavetta tas-suċċess f’kull qasam tal-ħajja. L-Iżlam jenfasizza ħafna fuq l-edukazzjoni sa tali punt li l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal: “Fittxu l-għarfien min-nieqa sal-qabar” u “Fittxu l-għarfien anki jekk dan jinsab f’pajjiż ’il bogħod ħafna bħaċ-Ċina.”

Barra minn hekk, huwa qal li l-edukazzjoni hija obbligatorja għall-irġiel u għan-nisa. Huwa qal: “Huwa l-obbligu ta’ kull raġel Musulman u ta’ kull mara Musulmana li jiksbu l-għarfien.”

Dawn il-ftit referenzi juru b’mod ċar kemm l-Iżlam jenfasizza fuq l-importanza tal-litteriżmu, għalhekk, huwa importanti ħafna li aħna rridu nagħmlu ħilitna kollha biex niksbu għarfien u edukazzjoni mill-aqwa. Imbagħad ngħaddu dan l-għarfien lil uliedna, lill-komunitajiet u lis-soċjetajiet tagħna.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.