The table manners

Il-manjieri ta’ fuq il-mejda

L-Iżlam huwa mod ta’ ħajja li jiggwidana f’kull settur tal-ħajja. L-Iżlam jipprovdi gwida ċara dwar l-etiketti tal-ikel u jgħallimna l-manjieri tal-ikel. Hawn taħt nippreżentaw xi manjieri tal-mejda:

Aħsel idejk qabel u wara kull ikla. Jekk ikun hemm is-srievet ifrex waħda fuq kuxxtejk ħalli jekk jaqgħu l-biċċiet tal-ikel dawn ma jtebbgħulekx il-ħwejjeġ. Qabel ma tibda tiekol għid it-talba li: F’Isem Alla u bil-barkiet ta’ Alla. Dejjem kul u ixrob b’idek il-leminija u ddeffisx idek fil-platt.

Ħu gidmiet żgħar, żomm ħalqek magħluq u omgħod l-ikel bil-mod mingħajr ma tagħmel ħsejjes. Meta tkun qed tpoġġi l-ikel fil-platt tiegħek, ħu dak li jkun fuq quddiem tad-dixx u tagħżilx biċċiet tal-laħam jew ikel ieħor li l-aktar li tħobb. Fil-bidu qiegħed kwantità żgħira ta’ ikel fil-platt tiegħek – fil-każ ħu naqra oħra aktar tard. Poġġi fil-platt dak l-ammont li inti tiflaħ tiekol biss.

Jekk m’hemmx ikel biżżejjed, aħseb fl-oħrajn u ħu anqas mis-soltu. Tikolx iżżejjed. Kul kemm għandek bżonn u ieqaf meta tkun qed tħossok ftit bil-ġuħ. Kul ikel tajjeb għas-saħħa bħal ħaxix, insalata u frott. Tikolx meta l-ikel ikun jaħraq ħafna u l-istess tixrobx te jew ħalib meta jkunu jaħarqu ħafna. Bl-istess mod m’għandekx tixrob ilma jew affarijiet oħra meta jkunu kesħin ħafna.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.