MARIJA (AS) FIL-KORAN IMQADDES
Kitba: Imam Laiq Ahmed Atif
Il-Koran Imqaddes irriserva unur kbir u rispett lejn Marija, sat-tali punt kruċjali li Alla ddedikalha kapitlu sħiħ fil-Koran Imqaddes bit-titlu Sura Maryam. ‘Maryam’ huwa l-verżjoni Għarbija tal-isem ‘Marija’. L-Omm Imqaddsa hija msemmija 34 darba, f’kapitli differenti tal-Koran Imqaddes. Il-Koran Imqaddes jgħid:
U ftakar meta l-anġli qalu: “Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa kollha taż-żmien.” (Il-Koran – 3:43)
Ommu (omm Ġesù) kienet mara ġusta u sewwa. (Il-Koran – 5:76)
MUDELL EŻEMPLARI
Barra minn hekk, il-Koran Imqaddes tant jagħti rikonoxximent kbir lil Marijaas li jippreżenta żewġ eżempji ta’ mudelli eżemplari lill-kredenti Musulmani, kemm irġiel kif ukoll nisa. Dawn huma l-mara tal-Faragħuni u l-omm Marijaas – omm Ġesùas. Il-Koran Imqaddes jistqarr:
“Lil dawk li jemmnu Alla jġib l-eżempju ta’ mart il-Faragħun, meta qalet: ‘Sidi (Alla)! Ibnili għandek dar fil-Ġenna; u eħlisni mill-Faragħun u minn għemilu, u eħlisni min-nies il-ħżiena.’
U l-eżempju ta’ Marija, bint Għimran, li ħarset is-safa ta’ ġisimha, u Aħna nfaħna minn Ruħna fiha, u hija emmnet fi Kliem Sidha u fil-Kotba Tiegħu, u kienet mill-obbidjenti.” (Il-Koran – 66:12-13)
Marijaas, omm Ġesùas, tirrappreżenta l-qaddejja u l-fidili onesti kollha ta’ Alla, li tbiegħdu kompletament mid-dnub, u billi għamlu paċi ma’ Alla, huma mbierka bl-ispirazzjoni Divina.

‘Maryam’ jew Marija huwa isem komuni ħafna qalb il-Musulmani u minħabba l-mogħdrija u sens ta’ ġustizzja tagħha ħafna ġenituri jħobbu jsemmu lill-bniet tagħhom b’dan l-isem; saħansitra l-iskejjel u l-moskej jissemmew ukoll b’dan l-isem ta’ ‘Maryam’.
Il-Qdusija Tiegħu, Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, il-Mexxej Dinji tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, enfasizza l-pożizzjoni glorifikata ta’ Ommna Marijaas fl-indirizz ewlieni tiegħu fis-26 ta’ Settembru 2014 f’festin speċjali biex jinawgura l-Moskea Maryam (il-Moskea ta’ Marija) f’Galway, l-Irlanda.
“Din il-moskea hawn fl-Irlanda nbniet ukoll għall-istess raġuni [biex tkattar il-paċi u l-ġustizzja vera f’kull livell tas-soċjetà]. Ġiet imsejħa ‘Masjid Maryam’. Maryam, jew Marija kif inhi magħrufa magħkom, hija meqjuma ħafna mill-Musulmani bħalma hi mill-Insara.
Fil-fatt, fil-Koran Imqaddes, Alla semma lil Marijaas f’ħafna okkażjonijiet u enfasizza l-pożizzjoni rispettata tagħha. Marijaas kien l-isem ta’ dik il-mara safja u twajba li hi tant onorata fl-Iżlam li l-Koran qal li kull min jemmen tassew hu bħal Marijaas.
Dan minħabba l-fatt li Marijaas kellha relazzjoni speċjali ħafna ma’ Alla u żammet il-virtù u l-kastità tagħha l-ħin kollu. Hija żviluppat rabta speċjali ta’ mħabba ma’ Alla, fejn Alla tħaddet direttament magħha u Hu Stess afferma s-sinċerità tagħha. Marijaas kienet temmen fil-Kotba ta’ Alla, kienet ġusta u kisbet post speċjali fejn għandha x’taqsam l-ubbidjenza tagħha m’Alla. Hija kienet ċertament mudell għal dawk kollha li jemmnu.
Il-pożizzjoni għolja tagħha hi riflessa mill-fatt li l-Koran jgħid li l-Musulmani ġenwini jridu jiżviluppaw il-kwalitajiet ta’ Marijaas, u jekk jagħmlu dan mela huma jkunu dawk li qatt ma jikkawżaw dannu jew sofferenzi lil ħaddieħor. Kull Musulman Ahmadi għalhekk ifittex li jkollu ġo fih is-safa, in-nobbiltà u l-qdusija ta’ Marijaas nnifisha.” (ROR, Diċembru 2014)
Ahmadiyya Malta presents gift packs for the residents of Peace Lab
Why turn to drugs? – Laiq Ahmed Atif
Ahmadiyya Presents Gift packs to the Millennium Chapel 





Mr. Silvan Magro, Operations Head of the Foundation for Respite Care Services, thanked the Ahmadiyya Muslim Community on behalf of the residents for their nice gesture of solidarity. He also briefed them about the services being provided at the residence and about the activities held during the year. 




















